Posts

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Lazio-Juventus

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Lazio u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 24% tal-voti, segwit minn Ronaldo u Rabiot b’20% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Juventus qed jikkunsidraw joffrux kuntratt ġdid lil Ronaldo

Mill-Portugall tasal l-aħbar li fis-sajf 2021 Juventus se jkunu qed jikkunsidraw joffrux kuntratt ġdid lil Ronaldo. Fil-pjanijiet hemm tiġdid sal-2023, biss id-deċiżjoni definittiva se tittieħed fi tmiem l-istaġun wara li jkunu ġew meqjusa l-aspetti kollha, tekniċi u finanzjarji, tal-kuntratt il-ġdid.

Matthew Scerri

L-400 partita ta’ Bonucci ma’ Juventus

Lazio-Juventus kienet il-partita uffiċjali numru 400 fil-karriera ta’ Bonucci bil-flokk ta’ Juventus. Intervistata minn Juventus TV, Bonucci stqarr li jħossu “emozzjonat” u żied “nixtieq nilgħab ħafna aktar b’dal-flokk li għalija jfisser kollox.”

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Lazio u Juventus

LAZIO (3-5-2): Reina; Luiz Felipe, Acerbi, Radu; Marusic, Milinkovic, Cataldi, Luis Alberto, Fares; Correa, Muriqi.

JUVENTUS (4-3-1-2): Szczesny; Cuadrado, Demiral, Bonucci, Danilo; Kulusevski, Rabiot, Bentancur, Frabotta; Morata, Ronaldo.

Ferencvaros-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Ferencvaros-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Problema fiżika ta’ natura differenti għal Arthur u Ramsey

Arthur u Ramsey ma setgħux ikomplu l-partita kontra Ferencvaros. Arthur jidher li kellu problema fl-istonku u għalhekk inbidel bejn l-ewwel u t-tieni taqsima. Ramsey, mill-banda l-oħra, rajnieh jaqa’ mal-art minħabba problema muskolari. Għada nkunu nafu kif jinsabu.

Matthew Scerri

Ferencvaros-Juventus 1-4

Juventus lura għar-rebħ anki fiċ-Champions League. Il-Bianconeri komplew juru progress kemm mil-lat atletiku kif ukoll mill-aspett tattiku. Iktar ma jilagħbu flimkien, aktar qed tikber il-kunfidenza fost il-plejers Bianconeri. Morata qed ikun miċidjali fil-kaxxa avversarja f’kull partita. Arthur, imbagħad, qed jidħol iktar fil-mekkaniżmi tat-tim. Danilo fuq wara qed ikun attent u jidher li hu plejer totalment differenti minn dak tas-sena li għaddiet. Ma’ dawn, irridu nżidu l-bqija tal-plejers fit-tim ta’ Pirlo peress li llum kulħadd kien tajjeb u ta sehmu għal dawn it-tliet punti. L-avversarju kien li kien, biss dawn ir-rebħiet jgħinu lit-tim biex jaħdem bi trankwillità. F’das-sens żgur li l-gowl(s) ta’ Dybala se jservuh biex isib ftit tal-paċi wara xhur diffiċli jikkumbatti ma’ injury. Dybala flimkien ma’ sħabu l-oħra issa jridu jkompli jaħdmu ħalli jkollhom wirjiet aqwa fil-partiti li jmiss.  

FERENCVAROS-JUVENTUS 1-4

Skurjaw: 2 Morata (J), 1 Dybala (J), Dvali (awtogol) (J), Boli (F)

Ferencvaros (4-5-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Dvali, Botka (Heister); Zubkov (Uzuni), Siger, Kharatin, Somalia, Nguen (Mak); Isael (Boli). Kowċ: Rebrov

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Bonucci, Chiellini, Danilo; Cuadrado (Frabotta), Arthur (Bentancur), Rabiot, Chiesa (Bernardeschi); Ramsey (McKennie); Morata (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Grinfeld

Karti sofor: Botka (F)

Matthew Scerri

Premijiet għal Ronaldo u Morata

Cristiano Ronaldo kien ivvutat bħala l-Aqwa Plejer għax-xahar ta’ Settembru, filwaqt li Alvaro Morata hu l-MVP ta’ Ottubru 2020. Il-votazzjoni saret online fost il-Juventus Members.

Matthew Scerri

Il-JMuseum magħluq għalissa

Il-miżuri li ttieħdu mill-Gvern Taljan kontra l-imxija tal-Covid-19 se jaffettaw lill-JMuseum. Fil-fatt sat-3 ta’ Diċembru l-bibien tal-mużew Juventini se jibqgħu magħluqin. Anki l-iStadium Tours twaqqfu għalissa. Fi kliem ieħor sa Diċembru s-supporters Bianconeri m’għandhom l-ebda mod biex jidħlu fil-binja tal-Allianz Stadium.

Matthew Scerri