Posts

Dybala barra għal 15-20 jum. Xejn gravi għal McKennie u Chiesa

Paulo Dybala se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar 15-20 jum. Mit-testjiet li sarulu llum irriżulta li weġġa’ b’mod mhux gravi il-legamenti ta’ rkoptu x-xellugija.

McKennie u Chiesa wkoll m’għandhom xejn gravi. Ma nafux kemm se jdumu barra, biss fl-istqarrija ta’ Juventus naqraw li se jkunu monitorati kuljum. Xi siti qed jirrapurtaw, b’mod mhux uffiċjali ovvjament, li nhar il-Ħadd se jkunu jistgħu jilagħbu kontra Inter.

Matthew Scerri

Injuries għal McKennie u Dybala

Meta ninsabu ġimgħa ‘l bogħod minn Inter-Juventus, is-supporters ta’ Juventus huma ħerqana li jkunu jaf għada x’se jkunu l-entitajiet tal-injuries ta’ McKennie u Dybala. It-tnejn li huma kellhom jabbandunaw il-grawnd waqt Juventus-Sassuolo. McKennie jidher li għandu problema muskolari mentri Dybala għandu problema f’irkoptu. Għada nkunu nafu aħjar x’għandhom u jkollna indikazzjoni kemm se jdumu barra.

Matthew Scerri

Premju għal McKennie

Weston McKennie ġie magħżul bħala l-Aqwa Plejer Maskili tal-Istati Uniti għas-sena 2020. Hu kellu sena tassew tajba u qed juri t-talent kollu tiegħu anki ma’ Juventus.

Matthew Scerri

McKennie: “Nagħmel li nista’ għat-tim”

https://www.youtube.com/watch?v=eFFz_33phsw

Ramsey jew McKennie għal-lejla?

L-uniku dubju li allegatament fadallu Pirlo għal-lejla hu min se jilgħab wara l-attakkanti. L-għażla tidher li se tkun bejn Ramsey u McKennie, b’dan tal-aħħar jidher li hu l-favorit wara li ekllu wirja pjuttost tajba kontra Spezia. Fil-bqija jidher li kollox hu deċiż: Danilo, Bonucci u Chiellini quddiem Szczesny, b’Cuadrado, Arthur, Rabiot u Kulusevski f’nofs il-grawnd. Quddiem se jkun hemm il-koppja Ronaldo-Morata.

Matthew Scerri