Posts

Uffiċjali: Kif se jibdew Milan u Juventus

MILAN (4-2-3-1): Donnarumma; Dalot, Kjaer, Romagnoli, Hernandez; Calabria, Kessie; Castillejo, Calhanoglu, Hauge, Leao.

JUVENTUS (4-4-2): Szczesny; Frabotta; Bonucci, De Ligt, Danilo; Chiesa, Bentancur, Rabiot, Ramsey; Dybala, Ronaldo.

Juventus fi triqthom lejn Milan

Juventus jinsabu fi triqthom lejn il-belt ta’ Milan fejn illejla se tintlagħab Milan-Juventus. Ix-xarabank ta’ Juventus telaq ftit qabel il-11.00 ta’ filgħodu. Għalkemm s’issa ma ngħatat ebda aħbar dwar l-iswab tests tal-bieraħ, nifhmu li m’hemmx iktar plejers pożittivi.

Matthew Scerri

Milan-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Juventus u Milan iltaqgħu kontra xulxin f’konfronti diretti 233 darba fil-passat. Minn dawn Juventus rebħu 91, kien hemm 75 draw u 67 rebħa għal Milan. Jekk inħarsu biss lejn il-konfronti tas-Serie A, insibu 170 partita, b’66 rebħa għal Juventus, 54 draw u 50 rebħa għar-Rossoneri. Il-partiti tas-Serie A f’San Siro jammontaw għal 85. Hawn Milan rebħu iktar minn Juventus (29 rebħa għal Milan kontra t-23 rebħa ta’ Juventus, b’33 konfront jintemm fi skor ta’ draw). L-aktar plejer Juventin li lagħab f’dal-konfronti hu Buffon (14-il darba), filwaqt li dak li skurja l-aktar hu Bettega (5 gowls). F’Lulju li għadda Milan kienu għelbu lil Juventus 4-2 wara li kienu żewġ gowls minn taħt.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ Ottubru)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 1949 meta Juventus għelbu lil Milan f’San Siro bl-iskor ta’ 0-1. Il-gowl tar-rebħa kien ġie skurjat dakinhar minn Martino.