Posts

X’qal Paratici dwar il-każ ta’ Suarez

“Ninsab trankwill.” Hekk stqarr Paratici qabel Juventus-Torino meta kien mistoqsi dwar il-każ ta’ Suarez. Hu sostna li l-pożizzjoni ta’ Juventus hi ċarissima wara l-istqarrija tal-bieraħ. Mistoqsi dwar telefonata li hu kien għamel lill-Ministru Paolo De Micheli biex jitlob informazzjonijiet dwar il-proċedura tal-ksib taċ-ċittadinanza Taljana, Paratici spjega li hu ilu żmien twil jaf lill-Ministru. Sostna li jafu lil xulxin sa minn meta kienu tfal peress li twieldu u għexu fl-istess belt. Paratici temm jgħid: “Li ssaqsi għal informazzjoni mhuwiex reat.”

Matthew Scerri

Liema huma l-akkużi li qed jittressqu fil-konfront ta’ Paratici

Juventus FC ikkonfermaw li Fabio Paratici jinsab taħt investigazzjoni mill-Qorti ta’ Perugia u rċieva Informazione di garanzia. Hu qed ikun investigat u jista’ jkun mixli fil-Qorti li kiser l-artiklu 371 bis tal-Kodiċi Penali. Fi ftit kliem nistgħu ngħidu li għalissa Paratici qed ikun akkużat li ma għaddhiex l-informazzjoni kollha jew gideb lill-Maġistat b’rabta mal-każ tal-allegat tbagħbis fl-eżami tat-Taljan ta’ Suarez. S’issa la Paratici u lanqas Juventus FC għadhom ma ġewx akkużati li kellhom sehem dirett fil-manuvri li saru biex Suarez jingħata għajnuna  biex jgħaddi mill-eżami u jikseb iċ-ċittadinanza Taljana.

Matthew Scerri

Paratici: “Aħna trankwilli dwar Dybala”

“Ninsabu trankwilli dwar Dybala, kif konna s-sena li għaddiet, biex nagħti eżempju, b’De Ligt meta kulħadd jew kważi kien jikkritikah fil-bidu. Fl-istess ħin u bl-istess mod ninsabu trankwilli dwar Dybala. Nafu xi plejer hu, x’persuna hu, bniedem serju, eżiġenti ħafna miegħu nnifsu, u allura dis-sena, bħas-snin l-oħra, se jagħtina daqqa t’id kbira u jiswina ta’ għajnuna kbira. Se jkun plejer deċiżiv kif dejjem kien.” Hekk tkellem Paratici dwar Dybala ftit tal-minuti qabel Benevento-Juventus.

Matthew Scerri

Paratici: “Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus”

Qabel Juventus-Cagliari, Fabio Paratici tkellem dwar Ronaldo u Dybala fost l-oħrajn. Hu kkonferma li minkejja l-għidut fuq il-gazzetti, Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus. Dwar il-mument kemxejn diffiċli ta’ Dybala fl-ewwel partiti tal-istaġun, Paratici sostna li hu kollox marbut ma’ virus li ilu jħabbtu sa mill-ewwel waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri

Paratici: “Inħobbu ħafna lil Pogba”

Qabel il-partita kontra Ferencvaros, Fabio Paratici tkellem fost l-oħrajn dwar Paul Pogba. Fi kliem Paratici, Juventus iħobbu ħafna lil Pogba, bħalma jħobbu lill-plejers kollha li fil-passat taw sehem kbir lit-tim Juventin. Madankollu għalissa għadu kmieni ħafna biex wieħed jibda jaħseb dwar is-suq tat-trasferimenti.

Matthew Scerri