Ma jieqaf xejn l-għidut dwar min se jieħu post Pirlo

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar jiem żdied sew l-għidut dwar min se jieħu post Pirlo ma’ Juventus. Qed jissemma ħafna Allegri anki għax nafu li ltaqa’ ma’ Agnelli ftit tal-ġimgħat ilu. Ovvjament s’issa għad m’għandniex konferma li Andrea Agnelli se jibqa’ President ta’ Juventus u għaldaqstant dil-laqgħa privata jaf ma tfisser xejn. Kowċis oħra li qed jissemmew huma: Gasperini, Zidane, Flick u Gattuso. Ħafna …

L-aħħar ftit tal-era Pirlo

MatthewJuve News 1 Comment

Il-futur ta’ Andrea Pirlo jidher tassew imdendel b’xagħra. Ilna iktar minn xahar naqraw li l-partita li jmiss jaf tkun l-aħħar waħda tiegħu bħala kowċ ta’ Juventus. Anki dwar Udinese-Juventus qed jingħad l-istess: f’każ ta’ telfa Pirlo jista’ jitkeċċa u jinħatar Tudor minfloku. X’se jiġri ma nafux. Li hu ċert hu li Pirlo mhux se jkun il-kowċ ta’ Juventus is-sena d-dieħla. …