Posts

Filmat: X’qal Pirlo fi tmiem Juventus-Parma

https://www.youtube.com/watch?v=JGboizbKPXQ&list=RDJGboizbKPXQ&start_radio=1&t=4

Paratici jispjega għalfejn qed jilgħab Buffon u mhux Szczesny

Qabel il-partita, Paratici spjega li Buffon kellu jilgħab fid-Derby, iżda mbagħad Juventus kellhom jibdlu l-pjanijiet tagħhom minħabba li l-goaler Taljan ġie sospiż. Illum se jilgħab Buffon minflok Szczesny wara li Pirlo tkellem mal-Pollakk u flimkien ftehmu li kien ikun aħjar li Szczesny jistrieħ u jilgħab Buffon. Tajjeb infakkru, però, li waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ Pirlo ħabbar li kien se jilgħab Szczesny peress li ried jagħtih l-opportunità li ‘jpatti’ għall-wirja kerha li kellu fid-Derby. Issa jidher, però, li nbidel kollox.

Matthew Scerri

Dybala se jilgħab kontra Napoli

Paulo Dybala se jkun mgħajjat għall-partita t’għada kontra Napoli. Mistoqsi jekk huwiex se jibda mill-ewwel minuta, Pirlo ma tax risposta ċara. La qal le u lanqas iva. Qal biss li Dybala ma jiflaħx jilgħab disgħin minuta sħaħ, biss sostna li hu importanti għat-tim li rkupra lill-istilla Arġentina. Nifhmu li Dybala għada se jilgħab, ma nafux imma hejj hux se jibda jew se jidħol fit-Tieni Taqsima.

Matthew Scerri

Pirlo: “Il-President avżani li kien se jiltaqa’ ma’ Allegri”

“Il-President avżani li kien se jiltaqa’ ma’ Allegri. Aħna kollha professjonisti u barra l-impenji tal-futbol hemm ħbiberiji. Ma nara xejn ħażin. Anki jien nista’ nitkellem ma’ Maldini, imma ma jfissirx li l-għada tistgħu tiktbu li se mmur nikkowċja lil Milan. Għandi relazzjoni tajba mal-President u nitkellmu kuljum. Naf li għandu fiduċja fija.” Hekk tkellem Pirlo waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Napoli. Hu żied anki li jħoss li jgawdi mill-fiduċja tal-plejers u li jemmen li qed isegwuh f’dak li jgħidilhom. Finalment, Pirlo tkellem dwar il-futur tiegħu. Hu sostna li ma jħossx li għadha hi partita deċiżiva għalih. Tenna li l-futur tiegħu jiddependi minnu u mir-riżultati li se jinkisbu minn issa sa tmiem l-istaġun.

Matthew Scerri

Chiellini: “Pirlo mhuwiex il-problema”

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mat-tim nazzjonali, Giorgio Chiellini ddefenda lil Pirlo. “Juventus għamlu inqas milli wieħed seta’ jistenna. Pirlo mhuwiex il-problema, semmai hi problema tal-grupp kollu. Mhuwiex l-agħar mument li qattajt ma’ Juventus. Naħseb li Nedved u Paratici tkellmu tajjeb dwar is-sitwazzjoni ta’ Juventus wara l-aħħar partita,” qal il-captain Juventin.

Matthew Scerri