Posts

Interess f’Rabiot minn klabbs barranin

Mhuwiex eskluż li Adrien Rabiot jħalli lil Juventus das-sajf. Skont La Gazzetta dello Sport hu diġà rċieva offerta mingħand Newcastle biss irrifjutaha minħabba li jrid tim li qed jikkompeti fiċ-Champions League. Qed jissemma wkoll li hemm interess fih min-naħa ta’ Chelsea u PSG iżda minn dak li nafu għad m’hemm ebda offerta uffiċjali.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Rabiot

Adrien Rabiot sofra injury muskolari waqt it-training ta’ jumejn ilu. Ilbieraħ sarulu xi testjijiet fil-JMedical u rriżulta li l-injury f’koxxtu mhuwiex daqstant gravi. Madwar għaxart ijiem oħra, se jsirulu aktar testijiet biex it-tobba ta’ Juventus ikunu jafu kif qed ifieq il-muskolu.

Matthew Scerri

X’qed joffru Juventus u Inter lil Everton għal Kean

Ilna nisimgħu u naqraw li Juventus jinsabu interessati li jieħdu lura magħhom lil Moise Kean. Qed ikun irrapurtat li issa anki Inter tħajru għalih. Skont Tuttosport il-klabbs Taljani qed jipproponu tpartit lil Everton: Juventus lesti jibdlu lil Kean ma’ Rabiot, filwaqt li Inter qed joffrulhom lil Vecino. Ovvjament f’din l-istorja kollha ma rridux ninsew li PSG għandhom id-dritt li jixtru għal kollox lil Kean u peress li dis-sena mar tajjeb magħhom hu probabbli li PSG jbigħu plejers oħra fl-attakk (Icardi) biex hekk ikunu jistgħu jżommu lil Kean magħhom.

Matthew Scerri

Bdil Rabiot-van de Beek

Soccernews.nl huma konvinti li das-sajf Juventus u Manchester United se jkun qed ipartu xi plejers. Jidher fil-fatt li r-Red Devils lesti jħallu lil Donny van de Beek jitlaq u qed jipproponu lil Juventus tpartit ma’ Rabiot.

Matthew Scerri

Interess minn klabbs tal-Premier League f’Rabiot

Carlo Ancelotti għadu jrid b’saħħa lil Adrien Rabiot ma’ Everton skont Todofichajes.com. Jidher li hemm anki klabbs oħra mill-Premier League li qed juru interess fih. Min-naħa tagħhom Juventus jidhru li lesti jisimgħu l-offerti tal-klabbs konċernati. L-unika kundizzjoni hi li min irid jixtrih irid minn tal-inqas joffri 30 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Rabiot segwit minn klabbs tal-Premier League

Everton, Tottenham u Manchester United huma fost it-timijiet li l-aktar qed juru interess f’Adrien Rabiot. Skont il-mezzi tax-xandir Ingliżi, Rabiot jista’ jitlaq lil Juventus f’Jannar f’każ ta’ offerta tajba.

Matthew Scerri

Rabiot sospiż kontra Udinese

Adrien Rabiot se jkun sospiż kontra Udinese. Hu fil-fatt kellu jiskonta partita sospensjoni kontra Napoli f’Ottubru li għadda. Peress li l-partita kienet ingħatat bħala walkover, kien tqis li Rabiot skonta s-sospensjoni. Issa, però, li l-partita ta’ Napoli se jkollha tintlagħab, Rabiot se jkun sospiż għall-partita li jmiss, dik kontra Udinese.

Matthew Scerri

Rabiot jaf ma jilgħabx illejla

Adrien Rabiot jaf ma jilgħabx illejla kontra l-Iżvezja. Fil-fatt hu ma jinsabx 100% f’sikktu u għaldaqstant jaf ma jilgħabx biex ma jirriskjax xi injury fit-tul.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Rabiot

Adrien Rabiot sofra injury muskolari mat-tim nazzjonali Franċiż u mhux se jkun qed jilgħab kontra l-Finlandja. Hu tassew inkredibbli li kull darba li jkun hemm partiti tat-timijiet nazzjonali jkollna dejjem nirrapurtaw li kien hemm injuries għall-plejers Bianconeri.

Matthew Scerri