Posts

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tad-29 u t-30 Ġurnata tas-Serie A

Il-Lega tas-Serie A ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tad-29 u tat-30 Ġurnata tas-Serie A. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

29 Ġurnata: Sampdoria-Juventus (Is-Sibt 12 ta’ Marzu 2022, 6.00 ta’ filgħaxija)
30 Ġurnata: Juventus-Salernitana (Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2022, 3.00 ta’ waranofsinhar)

Matthew Scerri

L-FIGC titlob li fid-19 u l-20 ta’ Marzu ma tintlagħabx is-Serie A

Il-President tal-FIGC, Gravina kkonferma li l-Federazzjoni tablet lil-Lega tas-Serie A sabiex il-logħob tad-19 u l-20 ta’ Marzu ma jintlagħabx sabiex Roberto Mancini jkollu ftit iktar ċans biex iħejji għall-Play-Offs tat-Tazza tad-Dinja. S’issa għad m’hemmx qbil dwar dan kollu minħabba li l-programm tal-logħob hu mimli daqs bajda u għandha ma nstabitx data oħra meta jkunu jistgħu jintlagħbu l-partiti li eventwalment jitħassru fid-19 u l-20 ta’ Marzu.
Matthew Scerri

Il-logħob ta’ Juventus tul ix-xahar ta’ Frar

Magħrufa d-dati u l-ħinijiet tal-partiti li jmiss tas-Serie A

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mill-24 sas-26 Ġurnata. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

24 Ġurnata: Juventus-Verona (Il-Ħadd 6 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)
25 Ġurnata: Atalanta-Juventus (Il-Ħadd 13 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)
26 Ġurnata: Juventus-Torino (Il-Ġimgħa 18 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)

Matthew Scerri