Posts

Statistika dwar konfronti tal-passat bejn Juventus u Napoli

Juventus u Napoli ltaqgħu b’kollox 173 darba s’issa f’konfronti uffiċjali. Komplessivament Juventus kisbu 81 rebħa, kien hemm 53 draw, filwaqt li r-rebħiet ta’ Napoli kienu jammontaw għal 39.

Fl-istorja tas-Serie A nsibu li s’issa ntlagħbu 148 konfront bejn Juventus u Napoli. Minnhom Juventus rebħu 69 partita, kien hemm 47 riżultat ta’ draw u 32 rebħa għal Napoli.

Il-konfronti bejn it-timijiet fis-Serie A li ntlagħbu f’Turin jammontaw għal 74. Juventus rebħu iktar minn nofshom (46 rebħa). Ma’ dawn r-rebħiet Bianconeri rridu nżidu 20 draw u 8 rebħiet biss għal Napoli. F’dawn il-konfronti Juventus skurjaw b’kollox 133 gowl, mentri Napoli sabu x-xibka 71 darba.

Matthew Scerri