Posts

Ħareġ il-verdett: 10 punti mnaqqsa lil Juventus!

Il-Qorti tal-Appell għadha kemm ħarġet is-sentenza dwar il-plusvalenze hekk imsejħa fittizji. Juventus instabu ħatja u se jitnaqqsulhom 10 punti fil-klassifika ta’ dis-sena. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus tas-snin li għaddew – Pavel Nedved, Paolo Garimberti, Assia Grazioli Venier, Caitlin Mary Hughes, Daniela Marilungo, Francesco Roncaglio u Enrico Vellano – ġew meħlusa minn kull akkuża.

Minħabba dis-sentenza, Juventus jinżlu mit-tieni għat-tmien post, punt taħt Roma li għandhom però partita iktar.

Matthew Scerri

L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Cremonese

L-aqwa siltiet ta’ Roma-Juventus

15-il punt imnaqqsa għal Juventus

Il-Qorti tal-Appell tal-FIGC laqa’ r-rikors biex jerġa’ jinfetaħ il-każ kontra Juventus u tmien klabbs oħra b’rabta mal-allegati plusvalenze fittizji. Il-każ kien ra darbtejn lill-partijiet meħlusa mill-akkużi kollha, liema sentenza kienet definittiva. Madankollu l-prosekutur talab li l-każ jerġa’ jinfetaħ minħabba żviluppi ġodda b’rabta mal-inkjesta Prisma.

Il-verdett kien wieħed iebes immens kontra Juventus li se jkollhom 15-il punt imnaqqsa mill-kampjonat ta’ fis-sena (2022-2023). Ħdax-il uffiċċjal ta’ Juventus ġew sospiżi (30 xahar għal Paratici, 24 għal Agnelli u Arrivabene, 16-il xahar għal Cherubini, 8 xhur għal Nedved, Garimberti, Vellano, Venier, Hughes, Marilungo u Roncaglio). Il-pieni huma iktar ħarxa minn kemm mitlub mill-Prosekutur. It-tmien klabbs l-oħra ġew meħlusa mill-akkużi.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Napoli-Juventus

Il-plejers mgħajta għal Napoli-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Napoli huma:

Gowlers: Szczesny, Perin, Pinsoglio;
Difensuri: Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Rugani;
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, McKennie, Kostic, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli;
Attakkanti: Chiesa, Milik, Kean, Di Maria, Soulé, Iling-Junior.

Matthew Scerri

Ara x’qal Allegri lejlet Juventus-Udinese

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Cremonese-Juventus

Ara x’qal Allegri lejlet Juventus-Lazio