ELIMINATI MIL-COPPA ITALIA

Eliminazjoni fil-coppa italia u rizultat ingust fl-opinjoni tieghi. Rizultat esagerat u li rega wera kemm ahna fqar fuq l-attak wara partita shiha nitilfu c-cansijiet.

Konna tajbin hafna fl-ewwel taqsima u sfortunati meta lqatna l-lasta minn Conceicao sakemm wasal il-penalty dubjuz ghaliex kien il-ballun li mar fid-direzjoni ta’ id Bremer u mhux bil-kontra, l-istess Bremer li ma’ kienx bhas-soltu forsi l-gheja ta’ hafna partiti bdiet taghmel taghha.

Minn naha taghna kellna penalty nghid jien car meta d-difensur letteralment ghannaq b’idejh u waqqa lil Cambiaso fil-kaxxa izda la l-VAR u lanqas ir-referee ma’ raw xejn hazin wisq aktar il-players taghna li lanqas biss jafu jifthu halqom u jiprotestaw.

Minn hemm komplejna nitilfu aktar cansijiet sakemm sar it-tibdil u Spalletti rega ghazel li jilghab minghajr attakant u minn hemm ma’ zammejniex ballun iehor fil-kaxxa u serrahna d-difiza ta’ Atalanta, fl-opinjoni tieghi hemm tellifna l-loghba .

Pozittiv kien id-debutt ta’ Boga izda kif ghidt in-nuqqas ta’ punta fil-crosses tieghu kienet evidenti. Hasra ghaliex din kienet l-unika tazza li stajna gibna success f’dan l-stagun u ghalija armejnija ghaliex l-aktar haga li kellna bzonn f’Jannar id-dirigenza ma’ gabitx.

Diga bdejt naqra hmerijiet li l-coppa italia bicca tazza u cucati akbar, prosit issa f’mejju ghoqodu iktbu zero titoli u ibku s-successi tal-passat!

FORZA JUVE DEJJEM

Spettaklu fit-Tardini

Loghba spettakolari minn naha ta’ Juventus f’Parma fejn mill-bidu tal-partita kienet cara hafna s-superjorita tat-tim Juventin fuq dak ta’ Parma.

Pratikament ghamilna kollox ahna anka l-gowls b’dak ta’ Parma kien awtogol tas-soltu Cambiaso, player kollu praspar u ghadni ma’ nistax nifhem x’gara f’dan il-player li mill-injury li kellu s-sena l-ohra ma’ regax gie l-player li konna nafu. Nahseb li issa zzejjed u ma’ haqqux ikun ma’ l-ewwel hdax.

Kif ghidt konna dominanti mill-bidu sa l-ahhar, f’mumenti konna wkoll spettakolari u tiehu pjacir tara l-Juventus jilghabu. L-iskor fl-ewwel half setgha kien hafna akbar minn dak ta’ 2-0 ghaliex konna sfortunati fejn ilqatna l-lasta minn Conceicao u save tajjeb tal-gowler tal-Parma.

Kif diga ktibt ghamilna kollox ahna u Cambiaso dahhal lil Parma fil-partita b’awtogol inkredibli izda fortunatament sewwejnija mal-ewwel bit-tielet gowl minn Bremer li skorja doppjetta u kien haqqu bil-kbir jiehu l-man of the match.

Ta’ min jerga jsemmi bosta players li tant konna nikkritikaw li saru mostruzi taht it-tmexxija ta’ Spalletti u l-ewwel ma’ nsemmi huwa Lloyd Kelly li sar veteran u leader f’dan it-Tim u fid-difiza Juventina. Insemmi lil Locatelli ghajr ghal zball mill-antiki fl-ewwel taqsima kien perfett. Jonathan David ballun kontinwament nhabbtuh mieghu u rega sab ix-xibka.

Din hija t-triq it-tajba, fl-ahhar illum saru zewg akkwisti, Boga u Holm li jistghu jghinu hafna tattikament. Jekk Boga ghadu dak li rajna ma’ sassuolo se jkun effettiv zgur u Holm ga ridnih fil-passat, full back pjuttost veloci u b’sahhtu.

Tlett punti ohra gewwa, li jmiss f’bergamo kontra Atalanta fil-coppa italia.

FORZA JUVE DEJJEM

BLA HEGGA

Il-loghba fl-ewropa kontra Monaco rajna Juventus minghajr hegga li tipprova ggib 3 punti li setghu tefawna ma’ l-ewwel 8 u niffrankaw il-playoffs ghalkemm kienet difficli hafna.

Kellna bosta tibdil ta’ players biex serrahna certa players li kienu ilom jilghabu partita wara ohra u sa certa punt qbilt, izda kif stennejt kien car li certa players jinghataw kemm jinghataw cansijiet qatt ma’ ssibom lesti biex juru li huma ta’ Juventus.

Dizappuntanti ghal darb’ohra kien Koopmeiners, dan il-player li sewa hafna miljuni u qatt ma’ rajna ftit determinazjoni u karattru minnu. Ghal darbohra rajna l-problemi li ghandna fl-attakk fejn Openda kien wisq wahdu u iehor li jidher li mhuwiex finisher u lanqas attakant li jsib ix-xibka spiss.

F’loghba shiha ma’ tajniex xutt gol-lasta u nerga nghid din in-nuqqas ta’ hegga tirrabjani hafna ghaliex turi nuqqas ta’ maturita kbira u mentalita li ghada l-boghod milli tkun vincenti.

Izda l-pozittiv huwa li avvanzajna ghal playoffs u dan ifisser aktar flus ghas-socjeta, l-istess socjeta li taf li ghandna bzonn xi player jew tnejn u ghadda kwazi xahar u ma’ kinitx kapaci taghlaq akkwist wiehed, u nistqarr maghkom ma’ kellix l-icken dubju!

Indawwru l-pagna u nirritornaw ghal kampjonat ghal loghba delikata li jmiss kontra Parma fejn qatt ma’ kienet facli ghalina fit-tardini.

Izda bhal dejjem

FORZA JUVE