Filmat: Ronaldo jneħħi l-fliexken tal-luminata

Kif kienet se tibda l-konferenza tal-aħbarijiet lejlet Portugall-Ungerija, Cristiano Ronaldo neħħa minn quddiemu l-fliexken tal-Coca Cola u minflok deher jaqbad u jgħolli b’idejh flixkun tal-ilma. Il-messaġġ tiegħu kien li n-nies m’għandhiex tixrob il-luminata u minflok għandha tixrob l-ilma għal raġunijiet marbutin mas-saħħa.

M’għandniex bżonn paroli fil-vojt!

It-tmiem tal-era Pirlo ġabet magħha ħafna kummenti minn protagonisti Juventini tal-aħħar sena. Ħafna mill-kummenti kienu frankament bla sugu u, apparti Pirlo, ħadd minn dawk li tkellmu ma qata’ figura tajba. Pirlo kien ġentlom sal-aħħar u kellu kliem ta’ ringrazzjament sinċier fil-konfront ta’ Juventus. L-istess ma nistgħux ngħidu għl kliem Bernardeschi, Baronio u Tudor. L-ewwel li tkellem kien Bernardeschili wara l-gowl kontra San Marino qal li mal-Italja għalih hu iktar faċli li jilgħab għax jingħata l-libertà. Issa ngħiduha kif inhi: Bernardeschi kellu tliet kowċis differenti ma’ Juventus u taħt l-ebda wieħed ma bbrilla. Tgħoddhom fuq idejk il-wirjiet vera tajba li kellu. Ħafna drabi kellu wirjiet tal-mistħija u rajnieh jitlef blalen bl-aktar mod stupidu, biex ma nsemmux id-drabi meta tfixkel f’saqajh jew waqa’ fil-ballun. Minn Bernardeschi ma rajna kważi xejn u m’għandux għalfejn jipponta subgħajh lejn Pirlo!

Baronio u Tudor, mill-banda l-oħra kienu kemxejn polemiċi fi kliemhom. Baronio tella’ ritratt qed jifraħ wara gowl ta’ plejer Juventin u kiteb li kien ‘ferħ ġenwin’. Issa , jista’ jkun li feraħ ġenwinament, imma ma naħsibx li kien ħaqqu li jibqa’ ma’ Juventus sempliċiment għal feraħ bil-qalb wara gowl. X’għamel realment Baronio dis-sena? Kemm għen lil Pirlo? Kemm verament kien jagħmel sens li Pirlo jkollu miegħu wieħed bħal Baronio li għadu qed jibda l-karriera, minflok xi ħadd b’iktar esperjenza? U fuq kollox għala dar-ritratt tellgħu issa u mhux meta ġie skurjat dak il-gowl?

Tudor, imbagħad, qal ma jħossx li hu sew li Juventus keċċewhom. Żied li ddeċieda li ma jkun qatt iktar viċi ta’ ebda kowċ ieħor u esprima d-diżappunt tiegħu li Pirlo daħħal lil Baronio fl-istaff tekniku u qiegħdu fuq l-istess livell tiegħu (ta’ Tudor). Anki hawn forsi tajjeb li xi ħadd ifakkar lil Tudor li Juventus huma klabb serju u li jixirqilhom ħafna aħjar minn dak li rajna fl-aħħar staġun. Tim bħal Juventus għandu jimmira li jiġġieled sal-aħħar għar-rebħ ta’ unuri importanti. Il-grawnd urina realtà kompletament differenti. Pirlo u l-istaff tiegħu tneħħew għax fallew il-miri tagħhom (li niġu r-raba’ b’dat-tim, f’ġieħ kemm hemm, mhuwiex riżultat ta’ min jiftaħar bih!). Dwar il-kwistjonijiet interni bejnu u Baronio, naħseb li Tudor kien jagħmel aħjar li kienu żamm ħalqu magħluq. Lilna s-supporters ma jinteressana xejn minn dal-kwisjtoni. Il-lanzit mhu tajjeb għal ħadd u Pirlo ħaqqu li jkollu miegħu professjonijisti serji li jgħinuh. Żgur li Pirlo ma ħaqqux assistenti li jġibu ruħhom b’mod immatur. Aħna s-supporters ħaqqna aħjar minn Baronio, Tudor u Bernardeschi!

Matthew Scerri

Juventus se jsaħħu nofs il-grawnd tagħhom

Il-prijorità fis-suq tat-trasferiment se tingħata minn Juventus lin-nofs il-grawnd. Wara tliet snin, Juventus se jkunu qed jagħmlu akkwisti importanti sabiex isaħħu nofs il-grawnd tagħhom. Arthur, Bentancur, McKennie u Fagioli mistennija li jkunu kkonfermati, filwaqt li Rabiot u Ramsey se jitpoġġew għall-bejgħ. Juventus se jixtru playmaker: Locatelli jew Pjanic. Locatelli qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus u hemm rapporti li hu għarraf lil Sassuolo li se jirrifjuta kull offerta oħra. Pjanic, għalkemm hu maħbub minn Allegri, jiswa wisq u għandu paga għolja. Il-ħolma tibqa’ ġġib l-isem ta’ Paul Pogba. Xi gazzetti qed isostnu li jista’ jkun hemm tpartit bejn Ronaldo u Pogba. Jekk dan ma jseħħx, allura hu probabbli li Juventus jixtru lil De Paul.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Inter

Juventus (4-4-2): 1 Szczesny; 13 Danilo, 4 De Ligt, 3 Chiellini, 12 Alex Sandro; 16 Cuadrado, 30 Bentancur, 25 Rabiot, 22 Chiesa; 44 Kulusevski, 7 C. Ronaldo.

Inter (3-5-2): 1 Handanovic; 37 Skriniar, 6 de Vrij, 95 Bastoni; 2 Hakimi, 23 Barella, 77 Brozovic, 24 Eriksen, 36 Darmian; 9 Lukaku, 10 Lautaro.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Mejju 2021.

Sassuolo-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Sassuolo-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com

Kif x’aktarx se jilagħbu Sassuolo u Juventus

Sassuolo (4-2-3-1): Consigli; Toljan, Marlon Santos, Ferrari, Rogerio; Obiang, Locatelli; Berardi, Traorè, Djuricic; Raspadori.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo.

Sors: Sky

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Mejju 2021.

Pirlo: “Mhux se nirreżenja”

Mistoqsi wara t-telfa kontra Milan jekk kienx beħsiebu jitfa’ r-riżenja tiegħu, Andrea Pirlo wieġeb: “Le, mhux se nirreżenja. Se nibqa’ f’posti u se nkompli b’xogħli. Se naħdem mal-plejers biex noħorġu minn dal-mument delikat. Se nkompli naħdem sakemm ikun possibbli.”

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Mejju 2021.