Il-25 edizzjoni tat-Trofeo Berlusconi

Wara sitt snin se jerġa’ jintlagħab it-Trofeo Berlusconi. Din hi l-għoxrin darba li Juventus se jkunu qed jieħdu sehem fit-Trofeo Berlusconi u s’issa diġà rebħuh għaxar darbiet. L-ewwel edizzjoni tmur lura għas-sena 1991 u Juventus kienu ghelbu lil Milan 1-2 dakinhar biex rebħu t-trofew. Milan s’issa ħadu sehem fl-edizzjonijiet kollha (rebħuh tlettax-il darba) u t-Trofeo twaqqaf fl-2015 wara li Berlusconi biegħ lit-tim ta’ Milan. Issa li Berlusconi għandu f’idejh lit-tim ta’ Monza, it-Trofeo Berlusconi se jibda jkun organizzat minn Monza. L-edizzjoni ta’ dis-sena hi l-ħamsa u għoxrin waħda, u se tintlagħab tletin sena wara l-ewwel edizzjoni.

Matthew Scerri

Carnevali: “Jekk mhux se jkun hemm offerta tajba, Locatelli se jibqa’ magħna”

Illum kellha tinżamm laqgħa oħra bejn Juventus u Sassuolo għal Locatelli. Il-laqgħa tħassret u mhux magħruf għala. Iċ-CEO ta’ Sassuolo, Carnevali stqarr: “Jekk mhux se jkun hemm offerta tajba, Locatelli se jibqa’ magħna. Fil-bidu t’Awwissu se nagħlqu s-suq tat-trasferimenti tagħna.” Fi kliem ieħor għandna deadline sakemm Locatelli se jkun jista’ jinxtara. Id-domanda hi: la Sassuolo dejjem qalu li kellhom klabbs barranin lesti joffru ħafna għal Locatelli, għalfejn issa qed jgħidu li jista’ jkun li se jibqa’ magħhom? L-impressjoni tagħna hi li Sassuolo qed jilagħbu s-solta logħba biex jisolħu somma ikbar mingħand Juventus. Locatelli hu plejer tajjeb ħafna imma t-talba ta’ kważi 48 miljun Ewro għalih hi kbira wisq. Juventus jagħmlu tajjeb li jagħmlu l-honework tagħhom sew għax, tajjeb ma ninsewx, ġejjin minn sena u nofs ta’ kriżi minħabba l-pandemija u ma nafux meta s-sitwazzjoni se tinbidel.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Pjaca misluf lil Torino

Juventus ħabbru li silfu lil Marco Pjaca lit-tim ta’ Torino. Fis-sajf 2022 Torino se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox. Is-somma komplessiva (xiri u bonuses) li qed tissemma hi ta’ bejn 5 u 7 miljuni.

Matthew Scerri

Juventus-Cesena 3-1

Juventus-Cesena 3-1

Skurjaw: De Winter (J), McKennie (J), Shpendi (C), Soulè (J)

Juventus: Perin (Pinsoglio); De Winter (Demiral), Dragusin (Hajdari), Rugani (Mulé), De Sciglio (Clemenza); McKennie (Peeters), Miretti (Rafia), Ranocchia (Stramaccioni); Soulè (Aké), Pjaca (Marques), Felix Correia (Brighenti). Kowċ: Allegri.

Cesena: Nardi (Benedettini); Adamoli (Lepri), Ciofi (Boriani), Gonnelli (Ricci), Candela (Guerra); Ilari (Bolognesi) , Ardizzone, (Francesconi), Nannelli (Berti); Zecca (Bernardi M.), Caturano (Zanni), Shpendi (Bernardi E.). Kowċ: Viali.

Referee: Ricci.

Matthew Scerri

Jitkellem l-aġent ta’ Dragusin

TuttoJuve ħadu kumment mingħand l-aġent ta’ Dragusin, Florin Manea. Skontu d-difensur m’għandu ebda ftehim ma’ klabb ieħor u Juventus qatt ma avviċinawh dwar possibbilta’ li Dragusin jingħaqad ma’ klabb ieħor. Manea temm jgħid li Dragusin lest jikkunsidra kull offerta li tasallu.

Matthew Scerri

Frabotta lejn self ma’ Atalanta

Fis-sigħat li ġejjin hu mistenni li tingħata l-aħbar uffiċjali tat-trasferiment ta’ Frabotta ma’ Atalanta. Il-partijiet kollha qablu dwar il-ftehim. Frabotta se jkun qed jingħaqad b’self għal sena ma’ Atalanta, bit-tim minn Bergamo jkollu l-obbligu li jixtrih għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Ġunju 2021.

Uffiċjali: Morata se jibqa’ b’self ma’ Juventus

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li ġeddew għal sena oħra s-self ta’ Alvaro Morata mingħand Atletico Madrid. Il-Bianconeri kienu sodisfatti bir-rendiment ta’ Morata fl-istaġun li għadda u għaldaqstant għażlu li jżommuh magħhom għal sena oħra b’self.

Matthew Scerri