L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ April 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ April 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ April 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ April 2021.

Plejer Juventin ieħor pożittiv għall-Covid-19?

Il Corriere dello Sport żvelaw b’mod esklussiv li jista’ jkun hemm plejer ieħor ta’ Juventus pożittiv għall-Covid-19. Illum se jsiru l-iswab tests ta’ lejlet il-partita, biss hemm il-biża’ li dal-plejer jittesta pożittiv. L-isem tal-plejer mhuwiex magħruf. Min jaf jekk il-każ huwiex marbuta mal-ħafna plejers pożittivi li nstabu fl-aħħar jiem wara li temmu l-impenji mat-tim nazzjonali Taljan (9 każijiet b’kollox bejn staff u plejers). Nittamaw li t-tests jagħtu eżitu negattiv.

Matthew Scerri

Buffon sospiż għal partita waħda

Gigi Buffon se jitlef id-Derby ta’ nhar is-Sibt hekk kif ġie sospiż għal partita waħda wara li qal dagħwa waqt il-partita kontra Parma. Tajjeb ngħidu li Buffon kien diġà weħel multa ta’ 5000 Ewro b’rabta ma’ dal-każ.

Matthew Scerri

Buffon se jitlaq lil Juventus?

Il-futur ta’ Gigi Buffon hu tassew inċert iktar minn qatt qabel u dis-sena verament kollox jista’ jseħħ. Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li hu se jirtira mill-futbol, kollox jindika però li Buffon għadu jħoss li fadallu x’jagħti bħala gowler u allura l-karriera jaf tkompli sena oħra. Spiss issemma li Juventus lesti jġeddulu l-kuntratt għal sena oħra. Skont La Gazzetta dello Sport, però, jaf jagħżel li jitlaq lil Juventus biex ikun jista’ jagħlaq il-karriera ma’ tim fejn ikollu postu garantit mal-ewwel ħdax. Qed jissemmew Napoli, Porto u Lille, biss konvinti li jekk verament Buffon ikun irid jitlaq lil Juventus, se jkun hemm ħafna iktar klabbs li juru interess fih.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Marzu 2021.

X’qed jingħad dwar Dybala

X’se jkun il-futur ta’ Paulo Dybala? Domanda li hi fuq fomm kull supporter ta’ Juventus. Li nafu fiċ-ċert hu li Juventus ilhom kważi sentejn f’taħdidiet mal-aġent tiegħu sabiex jiġġedded il-kuntratt tiegħu. S’issa għadu ma nstab ebda ftehim. L-għidut hu li t-talba ta’ Dybala hi ferm għola minn dak li Juventus lesti joffrulu. Hemm diversi xnigħat li Juventus lesti jbigħuh das-sajf. Qed jingħad li xi klabbs tal-Premier League, fosthom Tottenham u Manchester United, lesti joffru 50 miljun Ewro għalih. Juventus, min-naħa tagħhom, qed jitolbu 75 miljun Ewro, somma li tista’ twassalhom għall-akkwist ta’ stilla tipo Pogba.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Lazio

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Demiral, Danilo, Alex Sandro; Bernardeschi, Ramsey, Rabiot, Chiesa, Kulusevski, Morata.

Lazio (3-5-2): Reina; Hoedt, Acerbi, Marusic; Lulic, Milinkovic, Lucas Leiva, Luis Alberto, Fares; Correa, Immobile.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Marzu 2021.

Verona-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Verona-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com