Posts

Is-sitwazzjoni ta’ l-iskwadra u s-socjeta Juventina – Pierre Borg

Bla dubju dan kien wiehed mill-aktar bidu difficli u altalenanti li Juventus qatt kellom fl-istorja taghhom. Zgur illi minn wara d-decizjoni ta’ tlett snin ilu, li z-zmien ta’ Allegri bhala kowc kien spicca u s-socjeta kienet iddecidiet illi tibdel u tmur ghal tip ta’ futbol u kowc aktar b’mentalita offensiva, hafna inkluz jien kienu qablu maghha .Izda hafna inkluz anka d-dirigenza ma’ irrealizawx illi dak iz-zmien is-suq tal-kowcis ftit kien joffri alternattiva ta’ livell ta’ Juventus u fl-opinjoni tieghi minn hemm bdiet it-triq ghas sitwazzjoni li qeghdin fija illum.

Forsi qeghdin tistaqsu kif mort daqsekk lura fis-snin? Semplici,ghaliex il-Juventus hija azjenda u bhal kull azjenda trid tkun kapaci taghmel ghazliet kemm jista jkun tajba, programmati, b’kapacita li tanticipa lil clubs ohra bhal ma kien isir fil-passat. Jekk nelenka d-decizjonijiet diskutibli li ittiehdu nahseb dan l-artiklu ma’ jieqafx! Fostom akkwisti ta’ players bil-famuzi free transfer (taparsi) ghaliex fir-realta dawn ghalijom jithallsu commissions enormi lill-agenti ,lill-genituri u salarji kbar lill-players kif filfatt gara u intom daqsi tafu sew min jithallas flejjes kbar bhal 7 miljuni fis-sena u illum kollha nistaqsu imma dawn kif waslu f’dawn il-livelli!

Ghaddew tnax il-loghba u ghalkemm mis-season li ghadda ma’ nbidel xejn partikolari hlief l-akkwist ta’ Locatelli, player tajjeb izda wahdu mhuwiex ha jsolvi kwazi xejn mil-problemi li hemm fil-midfield Juventin zgur li stennejna aktar minn 18 il-punt li ghandna bhalissa. S-socjeta b’Allegri inkluz pruvaw igeluna nemmnu li b’dan il-materjal kien bizzejjed u ser inkunu kompetittivi! Nistqarr maghkom bi tbissima, xi tridom jghidu pubblikament? Izda kif gieli qsamt maghkom opinjoni fil-grupp tal-club taghna s-supporters, ghandom mohh biex jahsbu u qalb li thoss ghalkemm kultant nitkellmu bil-passjoni sforz kemm inhobbu lil Juventus.

Xhieda ta’ decizjonijiet diskutibli hijja l-iskwadra fil-pitch b’wirjiet ftit tajbin fil-kampjonat fejn nibdew nahsbu li ser jinbidlu l-affarijiet u wara nergaw naraw wirjiet li lanqas tibda temmen jekk ma’ tarax! Naturalment wara snin ta’ rebh kulhadd jista jkollu sena jew tnejn illi tnaqqas u ma jigux successi izda ma’ kontx personalment nistenna daqsekk konfuzjoni u ghazliet hziena fis-socjeta u dan nixtieq niktbu u naqsmu maghkom il-membri aktar il-quddiem f’artikli ohra li ser nikteb.

It-triq il-quddiem? Bhalkom nixtieq nibda nara skwadra izjed kompatta fil-pitch, skwadra aktar projetteta ghal kontra attakk ghax il-players taghna huma ta’ dak il-karateristika. Naturalment bhalkom nixtieq li fis-suq ta’ Jannar jinbidel xi haga fil-midfield, izda nistedinkom ma’ noholmux wisq ghaliex trid issir xi cessjoni biex isir xi akkwist u wisq probabli li l-akkwist jista jkun li janticipaw ir-ritorn ta’ Rovella li qieghed b’self ghand Genoa.

Is-sitwazzjoni finanzjarja mhix wahda sabiha wara pandemija li laqtet lil kull klabb fid-dinja; harsu biss lejn Barcellona li kienu mostruzi fil-finanzi u magna tal-marketing izda aktar ma’ tkun kbir aktar id-daqqa tkun kbira. L-ahhar haga ghal illum li xtaqt naghlaq biha. Naqra u nara hafna rabja ghal Andrea Agnelli u ghal familja ghaliex kultant narawom konservattivi wisq! Tajjeb li tkunu tafu illi din il-familja kieku trid ghandom biex jonfqu daqs l-aqwa propjetarji li jonfqu u jixtru lil kulhadd izda dawn huma nies u familja ta’ negozju u kollox isir bl-ghaqal. Ftakru li din il-familja taghtna successi kbar, zammet lil Juventus gewwa stabilita, tellatna mill-infern u l-club ghalijom huwa parti mill-familja mhux bhal haddiehor li jinbiegh darba iva u darba le u anqas biss jaf jghid ta min hi l-propjeta!

Naghlaq billi nirringrazzja lill-President u l-Kumitat kollu tal-fiducja li taghni biex nibda naqsam dawn il-hsibijiet maghkom permezz ta’ dawn l-artikli.

FORZA JUVE #FINOALLAFINE

Se nirrankaw?

Roller coaster. Hekk niddeskrivi l-istaġun ta Juventus s’issa. Wara bidu deludenti ta punt mill-ewwel 3 logħbiet, it-tim isu beda jirranka xi ftit b’7 rebħiet minn 8. Rebħiet kontra Roma u Chelsea prinċiparjament qawwew qalb is-sapporters. Iżda fatt kurjuż huwa li wara r-rebħa kontra Zenit ġor-Russja fl-20 t’Ottubru, erġajna waqajna fi slump oħra kif jgħidu l-Ingliżi u irreġistrajna punt wiħed biss fi 3 rawnds ta serie A. F’dan l-artiklu se nagħti l-oppinjonijiet tiegħi dwar dak li rajt s’issa u nipprova nispjega r-raġunijiet għal dan li semmejna mill-lenti tiegħi.

Tattiki U Deċiżjonijiet Dubjużi

Ikolli nistqarr li ċerti deċiżjonijiet li ħa Max Allegri dan l-aħħar ma tantx ogħġbuni u qisu dan is-sentiment naqsmu ma Juventini oħra Maltin kif ukoll barra minn xtutna (wieħed kull ma jrid jagħmel huwa jaqra paġni barranin biex jinduna b’dan). Deċiżjoni prinċipali hija l-għażla ta Morata bħala prima punta meta dan kien (jew għadu għaddej) minn forma ħażina. Tgħiduli bħalissa hemm Kean inweġġa. U vera. Pero sa 3 ġimgħat jew xahar ilu dan ma kienx il-każ u Alvaro baqa jibda minkejja l-forma frustranti li kien fiha. Forma li jew ħabba kunfidenza baxxa jew inkella nuqqas ta attenzjoni kienet qed twassal biex il-plejer jagħmel żbalji fil-passing jew xuttijiet minn pożizzjoni tajba. Wieħed jistaqsi għalfejn reġa inġab Kean lura b’klawżola reċissorja ta 40,000,000 ewro meta dan deher biss ftit minuti minn fuq il-bank tas-sostituti.

Fattur ieħor frustranti li qed insib din is-sena huwa li Allegri jkompli jinsisti li jilgħab bil-formazzjoni ta 4-4-2 u jkollu jaddatta plejers bħal Rabiot u McKennie mal-linja xellugija. Dan ovvjament jirriżulta f’attakki kontinwi fuq dik in-naħa tal-grawnd. Avversarji jieħdu vantaġġ mill-fatt li dawn imsemmija m’humiex wingers naturali u vantaġġ ukoll mill-fatt li Alex Sandro naqqas mhux ħażin. U dan iġibni għat-tieni punt.

L-iskwadra u l-kowċ

Il-punt dwar il-plejers available għall-kowċ dis-sena. Irridu nammettu li kulħadd qed jinduna li ċerti plejers ma kellhomx jinżammu jew inkella ma jmisshomx qed jilagħbu l-ammont ta logħob li lagħbu s’issa. Għalija personali nirreferi l-iżjed għal Alex Sandro (beda tajjeb pero qed nerġgħu naraw logħob fqir mingħandu), Morata (ma kellux staġun diżastruż pero dis-sena qed ikollu wirjiet deludenti) u Ramsey (din is-sena bilkemm lagħab u diġa kellu injury). Dawn il-plejers kollha għandna sostituti denji tagħhom u għalhekk nispiċċa nemmen li jilgħabu biss għax hemm pressjoni indiretta mid-diriġenza fuq paga li tiġi riflessa f’kemm plejer jilgħab matul l-istaġun.

Jew hekk, jew il-kowċ ma jafdax il-plejers jew inkella lanqas Allegri stess ma jaf x’ha jaqbad jagħmel. Ma nemminx li dan huwa l-każ, biss ċertu ħsibijiet wieħed jgħaddu minn moħħu meta tara plejer bħal Sandro jilgħab meta hemm Pellegrini lest biex jibda. L-istess għall-Morata meta kien hemm Kaio Jorge u Kean it-tnejn li huma available. Wieħed bilfors iħokk rasu meta jara hekk. Punt kurjuż ieħor huwa li Max għandu wingers available pero bħal ma semmejna fuq jippreferi jilgħab ċentrali fuq in-naħa tax-xellug. Mela ma jeżistux plejers bħal Pellegrini, Kulusevski, Cuadrado u Danilo?

Forsi mhux kollha naturalment plejers xellugin pero żgur li jafu il-logħba u l-irwol tal-ġenb iżjed minn żewg plejers purament ċentrali. Tara dawn id-deċiżjonijiet u tistaqsi xi jkun qed jiġri waqt it-taħriġ u wara kwinti biex nibqaw naraw dawn l-episodji.

X’hemm bżonn jiġri?

  1. Jekk il-kowċ tilef jew inkella qatt ma kellu fiduċja f’ċerti plejers hemm bżonn li tittieħed deċiżjoni dwarhom u jekk hemm bżonn jaslu plejers tal-fiduċja tal-kowċ. Ma jistax ikun li jibqaw jilgħabu plejers f’forma ħażina għas-sempliċi raġuni li Allegri m’għandux fiduċja fis-sostituti tagħhom. Id-diriġenza trid tpoġġi mal-kowċ u jifhmu eżatt xi jrid il-kowċ biex nilħqu l-objettivi tal-istaġun qabel ikun tard wisq.

2. Trid tinbidel l-atitudni ta ċerti plejers. Grinta, passjoni, ħdura sportiva u kattiverja sportiva huma l-ingredjenti li jwassluk għar-rebħ. Pressjoni l’fuq u possession football huwa l-mod kif il-football modern jintlgħab. Pero bla ballun hemm bżonn li t-tim jagħraf jiddefendi u jagħmel moħħu hemm. Kontra Zenit nhar it-tlieta li għadda wasal it-tieni goal tagħhom minħabba nuqqas ta konċentrazzjoni għal ftit mumenti. Min jaf kieku konna wieħed biss minn fuq?

3. Hemm bżonn investiment fi plejer ċentrali ta kalibru li jagħti spinta lit-tim fuq l-attakk. Għalkemm Locatelli qed jagħmel xogħol tajjeb biex jivvertikaliżża l-logħob, waħdu mhux se jagħmel kollox u mhux se jasal. Għalhekk rridu personalita fin-nofs li kapaċi tirbaħ ballun, iżżommu, tavvanza u tiġbed it-tim magħha f’kull mument tal-partita. Fl-aħħar nett hemm bżonn punt ta referenza fil-kaxxa. Morata qed jipprova jkun din l-influwenza pero ma jidirx li l-logħba tiegħu qed taqbel ma tat-tim u għalhekk rridu ponta fiss fil-kaxxa bħal ma kellna fi żmien Trezeguet, Mandzukic, Higuain, etc.

Konklużjoni

Nemmen li dawn il-fatturi li semmejt hawn fuq u iżjed hemm bżonn li jiġu indirizzati mill-iktar fis biex it-tim verament jirranka dan l-istaġun. Għax fuq kollox, hemm BŻONN IL-KONSISTENZA. Ma ninsewx li ftit ta snin ilu wara bidu deludenti bħal ta dis-sena, konsistenza u dixxiplina wassluna għal scudetto ieħor. Jekk it-tim huwiex kapaċi jirreplika dak li għamel ftit snin ilu, wieħed jistenna u jara. Minn naħa tiegħi jien nemmen li t-talent qiegħed hemm u li bi ftit tibdil fl-atitudni u dixxiplina għandna fejn navvanzaw sew u jkollna staġun memorabbli. Dejjem wara t-tim, jiġri x’jiġri!

Grazzi!

Tmiem ta’ era

Issa li harget l-ahbar ufficjali tat-tluq ta’ Ronaldo minn ma Juventus nistaw naghmlu xi osservazzjonijiet. Bla dubju ta’ xejn li Ronaldo gab mieghu bidla kbira meta nghaqad maghna. L-istess se jigri issa li telaq darb’ ghal dejjem minn maghna. Gejjin tibdiliet kemm fil-grawnd u ohrajn barra l-grawnd. F’dan l-artiklu se nispjega x’nahseb li se jigri going forward.

Ronaldo skurja izjed minn 100 goal ghall-Juventus

Fil-grawnd

L-ewwel haga rridu nammettu li fl-ahhar tlett snin strahna mhux ftit fuq il-goals li skurja Ronaldo. Taht Sarri kif ukoll taht Pirlo nibza nahseb fejn konna naslu li ma kienx ghalih li jigbed it-tim mieghu l’quddiem. Biss biss is-sena l-ohra spicca capocannoniere (l-aqwa skorer) fil-lig. Dan minkejja l-fatt li l-Juventus ma rebhux il-kampjonat – fatt li diga ghandu jixhed il-kontribut enormi li CR7 ta matul l-istagun li ghadda. Pero apparti l-goals li ghamel jew li kien involut fihom Ronaldo fl-ahhar tlett snin ma nistawx ma nsemmux xi zvantaggi li gab mieghu fil-grawnd. It-tim, b’mod kollettiv, deher car li strah fuq il-fatt li hemm Ronaldo fil-pitch u kemm il-darba rajna tentattivi biex ninvolvuh kemm nistaw bit-tama li nsibu goal; dan specjalment kontra timijiet li jintefaw jiddefendu en masse.

Rizultat

Dan se jwassal biex f’partiti difficli bhal dik li ghadna kemm assistejna ghaliha nhar is-Sibt, it-tim ma jkollux pedina fuq xiex jistrih. U fil-fatt spiccajna bla xuttijiet ta’ kwalita fil-lasta – bir-rizultat ikun li tlifna l-partita. Rizultat iehor tat-tluq ta’ Cristiano huwa li donnu l-leadership fil-grawnd naqset u dak l-individwu li jimbotta u jigbed it-tim mieghu fuq l-attakk mhux hemm. Wiehed jittama li plejers ohra jqumu ghall-okkazjoni u jiehdu r-riedni f’idejhom. Qed nirreferi ghall-plejers bhal Dybala u Chiesa.

Fuq punt pozittiv, jien tal-oppinjoni li bhala tim issa nistaw nilaghbu b’mod inqas ristrett u b’izjed liberta. Individwi bhal Dybala, Chiesa u Kulusevski nemmen li jkunu jistaw jesprimu izjed lilhom nfushom. Nisperaw li dan isehh u nibdew naraw rizultati wara l-bidu deludenti li rajna s’issa.

Mix-xellug – Paratici, Nedved u Cherubini

Barra l-grawnd

Il-karriera ta Beppe Marotta ma Juventus lahqet il-qofol taghha bil-mossa Ronaldo fl-2018. Wara dan it-trasferiment Marotta telaq il-klabb u ha over floku Fabio Paratici. Hemm hafna ghidut dwar x’wassal biex Agnelli jnehhi lil Marotta minn postu. Wahda mill-ghidut principali kienet li Beppe qatt ma kien favur l-akkwist massigg ta Ronaldo specjalment ta dik l-eta. Dan wassal ghall-promozzjoni ta Paratici ghal-irwol ta Direttur Sportiv u mill-ewwel inbidlet l-istrategija li biha kienu jahdmu l-Juventus fil-mercato. Minn att ta kuntratti u marketing, specjalment fuq social media, il-Juventus hadu spinta enormi l’quddiem. Nistaw insemmu l-kuntratt mal-Adidas ghall-kit tal-Juventus. Dan il-kuntratt igedded ghal-€50 miljun ewro fis-sena. Bla dubju li l-prezenza ta Ronaldo fit-tim kienet fattur importanti biex stajna ngibu dawn il-figuri.

Kienet sfortuna kbira li Ronaldo inghaqad maghna sena u nofs qabel hakmitna l-pandemija. Il-paga stratosferika ta’ €31 miljun li Juventus kienu obbligati jhallsu lil Cristiano zgur li m’ghenitx is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb. Pero bhal ma semmejt, il-kuntratt hekk kien jirrekjedi u hadd ma seta bassar x’kien gej minn ghadd ta pandemija li gabet il-kulħadd gharkupptejh.

Rizultat

It-tluq ta Ronaldo se jaghti nifs tant mixtieq u mistenni lis-socjeta minn att ta finanzi. Finanzi kemm minn att ta stress relief fuq pagi kif ukoll jinhelsu fondi pjanati ghal Ronaldo li issa jistaw jintuzaw biex jingiebu plejers ohra li hopefully ikunu l-futur tal-iskwadra. Diga rajna fl-ahhar sieghat l-ewwel mossa post-Ronaldo bit-testijet medici ta Moise Kean li mistenni jinghaqad ma Juventus b’self u obbligu ta xiri fil-futur. Nahseb li issa s-socjeta, specifikament Cherubini u Arrivabene ghandhom ic-cans li jibnu skwadra izjed kompluta skont il-htiega li ghandu Allegri. Zgur li b’€31 miljun salvati, nistaw naghtu pagi xierqa lill-plejers li nemmnu jistaw jaghtu kontribut specjalment fuq l-attakk. Ghalhekk, minn aspett ta reklutagg tal-plejers nisperaw li nimxu l’quddiem u nsibu plejers tajbin bizzejjed biex kollettivament jipprovdu it-30 goal li Ronaldo wahdu kien jipprovdi sa ftit tax-xhur ilu.

X’tahseb li se jkun l-impatt tal-era post-Ronaldo ghall-Juventus? Taqbel ma li ntqal hawn fuq jew tahsiba differenti? Ghidilna x’tahseb fil-comments sections ta’ Facebook

Allegri jiċħad kull tip ta’ involviment f’attivitajiet illegali

Massimiliano Allegri ċaħad b’mod sħiħ l-aħbar li ħarġet illum li hu jista’ jkun involut f’attivitajiet illegali u f’ħasil ta’ flus. Skont din l-aħbar, Allegri lagħab iktar minn 350,000 Ewro f’żewġ  casinos barranin. Barra minn hekk Allegri għamel pagamenti lil kumpaniji barra l-Italja, fosthom kumpanija Maltija li tinsab taħt investigazzjoni għal imħatri illegali u frodi. Jirriżulta li bejn Lulju 2018 u Awwissu tal-2019, Allegri kien nefaq iktar minn nofs miljun f’pagamenti li saru bil-credit card tiegħu, liema somma jaf kienet ġejja mir-rebħiet tiegħu minn imħatri klandestini. Allegri, kif għidna, ċaħad b’mod sħiħ din l-aħbar u sostna li hu m’għandux x’jaqsam ma’ ebda attività illegali.

Matthew Scerri

Sarri u Allegri daqt mistennija jkunu qed jikkowċjaw mill-ġdid

Sarri u Allegri, l-aħħar żewġ kowċis li rebħu s-Serie A ma’ Juventus, daqt mistennija jwaqqfu l-perjodu sabbatiku tagħhom biex jieħu f’idejhom it-tmexxija ta’ tim ġdid. Nafu li Sarri jinsab f’negozjati ma’ Juventus biex ixolji l-kuntratt tiegħu u wara x’aktarx se jkun qed jieħu post Iachini ma’ Fiorentina. Allegri mill-banda l-oħra qed jerġa’ jissemma’ ma’ PSG speċjalment wara li lbieraħ tilfu kontra Manchester United.

Matthew Scerri

De Sciglio ma’ Roma flimkien ma’ Allegri?

Roma jista’ jkun li jressqu offerta oħra għal De Sciglio li fil-jiem li ġejjin. Fil-fatt skont Leggo Roma jridu b’saħħa lil Allegri bħala kowċ tat-tim tagħhom u offrewlu kuntratt ta’ 8 miljuni fis-sena. Biex jikkonvinċuh qed iwegħduh anki l-akkwist ta’ De Sciglio u Mandzukic.

Matthew Scerri