Posts

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ April)

Bħal-lum fl-1973 Juventus lagħbu f’darhom kontra Palermo. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-1 għall-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ April)

Illum qed inwasslulkom partita tal-1953 bejn Juventus u Milan mill-‘Archivio Storico dell’Istituto Luce’. Skor finali 1-2 għal Juventus. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Praest u Boniperti.

6 ta’ April 1997: Milan-Juventus 1-6

Ħafna minna żgur jiftakru l-partita tas-6 ta’ April 1997 meta Juventus f’San Siro umiljaw lil Milan u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 6-1. Il-filmat t’hawn taħt ifakkarna f’dik il-partita.

28 ta’ Marzu 1998: Juventus-Milan 4-1

Dakinhar li tajna erba’ lil Milan! Fit-28 ta’ Marzu 1998 Juventus kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 fuq Milan fil-kampjonat. Il-gowls Juventini waslu minn doppjetta kull wieħed għal Del Piero u Inzaghi.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Marzu)

Illum se niħdukom lura għas-sena 1977 meta Juventus kisbu tliet punti fil-partita kontra Cesena. Skor finali 3-2 għal Juventus b’doppjetta ta’ Benetti u gowl ta’ Bettega.

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Marzu)

Fit-22 ta’ Marzu 2008 Juventus kienu impenjati f’San Siro kontra Inter. Minkejja l-qawwa tan-Nerazzurri, Juventus rebħu dan il-konfront bil-gowls ta’ Camoranesi u Trezeguet.

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Marzu)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum hu ta’ partita bejn Juventus u Napoli tal-1951. Filmat tassew antik li jixhed kemm il-futbol inbidel f’dawn l-aħħar 70 sena.

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Marzu)

Il-filmat li għażilna għalikom illum hu konfront tat-Tazza Uefa bejn Juventus u Eintracht Frankfurt. It-tim ta’ Lippi, dakinhar, kellu l-opportunità li jikkonferma l-qawwa tiegħu anki fl-Ewropa.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Frar)

Fl-istorja Juventina nsibu tliet konfronti bejn Juventus u Bari li ntlagħbu fit-23 ta’ Frar (1983 – Coppa Italia; 1986, 1992 – Serie A). B’kollox kellna żewġ draws u rebħa fl-1986. Il-filmat li qed inwasslulkom hu tar-rebħa li kellna fl-1986.

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Frar)

Il-partita li qed inwasslulkom illum hi telfa bi skor kbir kontra Parma fl-1999, liema telfa wasslet biex Marcello Lippi jirriżenja minn kowċ ta’ Juventus u ftit jiem wara Ancelotti ħadlu postu.