Posts

Douglas Costa misluf lil Bayern Munich. Juventus lesti jieħdu lil Chiesa

B’sorpriża Juventus laħqu ftehim sabiex Douglas Costa jingħaqad b’self ma’ Bayern Munich. Il-Brażiljan se jkun qed jirritorna mal-eks tim tiegħu u hekk issa Juventus jistgħu jiffinalizzaw ma’ Fiorentina l-akkwist ta’ Federico Chiesa.

Matthew Scerri

Kean lejn self ma’ PSG

Moise Kean mistenni jingħaqad b’self ma’ PSG. Everton jidhru li aċċettaw l-istess proposta li kienu ressqu Juventus, imma filwaqt li fil-każ tal-Bianconeri r-risposta kienet le, issa l-Ingliżi qalu iva lil PSG.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Rugani b’self ma’ Rennes

Juventus ħabbru li Daniele Rugani ngħaqad b’self mat-tim Franċiż ta’ Rennes. Rugani ħalla lil Juventus wara ħames snin, b’ħames scudetti mirbuħa, tliet Coppa Italia u żewġ Super Cups tal-Italja.

Matthew Scerri

Rugani jsellem lis-supporters: “Grat lejn Juventus”

https://www.instagram.com/p/CF5I7fjKV61/?utm_source=ig_web_copy_link

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Mandragora

Rolando Mandragora hu mill-ġdid plejer ta’ Juventus. Il-Bianconeri xtrawh mingħand Udinese għal 10.7 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’sentejn. Hemm anki 6 miljun oħra f’bonuses. Mandragora ffirma kuntratt ma’ Juventus sal-2025 u se jibqa’ b’self ma’ Udinese għal dis-sena. Barra minn hekk, jekk iridu, Udinese se jkunu jistgħu jżommuh b’self magħhom anki fl-istaġun 2021/2022.

Matthew Scerri

Sevilla b’offerta għal De Sciglio

Sevilla għamlu mill-ġdid kuntatt ma’ Juventus għal Mattia De Sciglio. Skont Estadio Deportivo, Sevilla jriduh b’self li se jkun imħallas 2 miljuni. Barra minn hekk iridu d-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Għada Rugani se jkun Franza

Għada Daniele Rugani mistenni jkun Franza għat-testijiet mediċi ma’ Rennes. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom b’self għal sena.

Matthew Scerri

Interess qawwi f’Demiral min-naħa ta’ Tottenham

Fl-aħħar sigħat Tottenham għamlu kuntatt ma’ Juventus u talbuhom informazzjonijiet dwar il-possibbiltà li jixtru lil Demiral. Il-Bianconeri ma jridux jafu li jbigħuh, għalkemm bħal dejjem kollox jiddependi mill-offerta li Tottenham se jressqu fis-sigħat li ġejjin.

Matthew Scerri

Nicolussi Caviglia se jkun misluf lil Parma

Hans Nicolussi Caviglia daqt mistenni jitlaq lil Juventus. Hu se jkun misluf lil Parma fejn se jkollu opportunità ikbar li jilgħab b’mod regolari.

Matthew Scerri

Juventus qrib li jsibu ftehim għal Chiesa

Illum tista’ tkun ġurnata deċiżiva fin-negozjati għat-tasferiment ta’ Federico Chiesa ma’ Juventus. Kollox jindika li Juventus u Fiorentina resqin lejn ftehim. Il-valur komplessiv ta’ Chiesa se jkun ta’ 60 miljun, bonuses inklużi, bl-ewwel sentejn ikunu self u fit-tielet sena jkun hemm xiri għal kollox. L-ikbar problema f’dan l-istadju hi marbuta ma’ Douglas Costa. Il-Brażiljan ma jridx jaf li jitlaq sakemm ma tasallux offerta minn klabb kbir. Jekk ma’ jitlaqx Costa, Juventus mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw lil Chiesa.

Matthew Scerri