Avviż dwar id-dħul fil-Club waqt il-partiti ta’ Juventus

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Ħbieb, Rega’ wasal staġun ieħor biex flimkien ġewwa l-Club nerġgħu nibdew insegwu lit-team favorit tagħna. Żgur li kulħadd huwa ħerqan biex jara lil Cristiano Ronaldo jagħmel id-debutt tiegħu bil-flokk Juventin fuqu. Kif diġa’ tafu minn posts preċedenti li ktibna kemm fuq il-grupp ta’ Facebook tal-Club kif ukoll fuq il-website, il-Kumitat ma waqaf xejn matul il-waqfa tas-Sajf iżda baqa’ għaddej bix-xogħol …

Grazzi!

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

F’ismi personali bħala President u f’isem sħabi tal-kumitat nixtieq nirringrazzja lill-mijiet ta’ membri li sa l-aħħar ta’ Lulju kisru kull statistika billi reġgħu ġeddew is-sħubija kmieni, reġgħu rritornaw lura jimmilitaw fil-Club tagħna wara nuqqas ta’ ftit snin jew saħansitra daħlu membri ġodda mal-klabb tagħna għall-ewwel darba! Joseph Fenech President JC Vero Amore (Malta 1975)

Ritratti tal-BBQ fil-premises tal-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Attendenza sabiħa waqt BBQ li ġie organizzat is-Sibt 28 ta’ Lulju 2018 fuq il-bejt tal-Club. Grazzi lil kulmin attenda kif ukoll inħeġġu lill-membri biex jattendu iżjed għal attivitajiet bħal dawn. Nirringrazzjaw lil Dominic Calleja tad-Dical House għall-hampers sbieħ li ġentiment offrilna għal dis-serata. Prosit tal-ikel u servizz tajjeb mingħand James Caterers u l-haddiema tiegħu kif ukoll prosit għas-servizz eċċellenti tal-barman …

Elett il-Kumitat il-ġdid li se jmexxi lil Juventus Club Vero Amore fl-2018-2020

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali għas-sena 2018 kien elett il-Kumitat li se jmexxi lill-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) għas-sentejn 2018-2020. Joseph Fenech kien ikkonfermat bħala President, filwaqt li Joe Shields u Emanuel Cassar ukoll żammew il-karigi tagħhom ta’ Segretarju u Teżorier rispettivament. Il-membri eletti fil-Kumitat huma: Pierre Bonavia, Wayne Buttigieg, Bryan Degabriele, Darren Micallef, William Micallef, Zane Pires Da Silva, …

Illejla l-Laqgħa Ġenerali Annwali 2018

MatthewJuve News Leave a Comment

Nixtiequ nfakkru li l-Laqgħa Ġenerali (LĠ) tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) sejra ssir illejla, il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2018 fil-Club stess u tibda’ fis-7.00 p.m. Jekk sal-ħin stipulat li tibda’ l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda’ nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.30pm. AGENDA Talba Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Diskors mill-President Qari ta’ rapport amministrattiv mis-Segretarju Ġenerali Qari ta’ rendikont finanzjarju mit-Teżorier Emendi …

Awguri lill-missirijiet kollha

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtieq jibgħat l-isbaħ awguri lill-missirijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Nawguraw lill-missirijiet kollha li jqattgħu ġurnata mill-isbaħ fil-kumpanija tal-għeżież tagħhom.

Anniversarju: il-blog tal-aħbarijiet ta’ Juventusclubmalta.com jagħlaq 10 snin!

MatthewJuve News 1 Comment

Għaddew għaxar snin minn dak il-15 ta’ Ġunju 2008, id-data li fiha bdejna dan il-blog ta’ aħbarijiet mid-dinja ta’ Juventus, b’informazzjoni anki dwar il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975). Għaxar snin li għaddew bħal ħolma. L-impenn sħiħ li wegħedna għaxar snin ilu biex inwasslulkom kuljum l-aħbarijiet, illum bi kburija ngħidulkom li żammejnieh u hi l-intenzjoni tagħna li nkomplu nġedduh fis-snin …

BBQ ġewwa l-Club!

MatthewJuve News Leave a Comment

Nixtiequ nħabbru li fit-28 ta’ Lulju se jsir BBQ għall-membri, il-familja u l-ħbieb tagħhom. Il-BBQ se jsir fuq il-bejt tal-Club f’Birkirkara. Il-prezz hu ta’ 20 Ewro kull persuna. Tfal taħt l-10 snin iħallsu biss 5 Ewro. Aktar dettalji ssibuhom fil-poster li jidher hawn fuq.

Laqgħa Ġenerali Annwali 2018

MatthewJuve News Leave a Comment

Qiegħed jinġieb għall-attenzjoni tal-membri kollha li l-Laqgħa Ġenerali (LG) tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) sejra ssir nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2018 fil-Club stess u tibda’ fis-7.00 p.m. Jekk sal-ħin stipulat li tibda’ l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda’ nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.30pm. AGENDA Talba Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Diskors mill-President Qari ta’ rapport amministrattiv mis-Segretarju Ġenerali Qari ta’ …

It-Traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll!

MatthewJuve News 1 Comment

Qed nisiltu silta mill-ktieb “Iswed u Abjad” li kien ippubblikat mill-Club tagħna sabiex ikun iċċelebrat bl-aktar mod denju l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club. Il-ktieb, miktub minn Manwel Scerri u Matthew Scerri se jkun xhieda diretta tal-istorja tal-Club mill-1975 ‘il quddiem. It-traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll. Ejjew naraw kif: Is-silta mill-ktieb: B’dieqa rridu ngħidu li dakinhar konna xhieda diretti ta’ …