Tnejn u tletin sena ilu Giampiero Boniperti kien fostna

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum qed niċċelebraw rikorrenza importanti hekk kif proprju bħal-lum tnejn u tletin sena ilu kien fostna Giampiero Boniperti. Hawn taħt qed inġibu silta mill-ktieb Iswed u Abjad. L-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) fejn tingħata informazzjoni dettaljata dwar din iż-żjara storika. Boniperti u l-ġerarkija Juventina fostna Meta l-eku tas-suċċessi tal-era Platini u Boniek beda jitbiegħed u …

Donazzjoni lil Puttinu Cares

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-logħba Fiorentina-Juventus saret ġabra fil-Club tagħna b’risq Puttinu. Mill-membri inġabret is-somma ta’ €305 u kif wegħdna il-Kumitat irdoppja is-somma. Għalhekk ġiet ippreżentata donazzjoni ta’ €610. Grazzi mill-qalb lill-Membri preżenti fil-Club illum. Joseph Fenech President

Fiduċja qawwija li t-tim Juventin hu iktar b’saħħtu mis-sena li għaddiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġimgħa li għaddiet saqsejnikom f’survey f’dil-website jekk taħsbux li t-tim Juventin dis-sena huwiex aqwa minn dak tas-sena li għaddiet. 340 persuna ħadet sehem fis-survey. Minn dawn 72% qalu li jemmu li iva t-tim hu iktar b’saħħtu. 20% qal li ma jemmnux li t-tim tqawwa, filwaqt li 8% għażlu l-‘Ma nafx’ bħala risposta tagħhom. Grazzi bħal dejjem lil kulmin ħa sehem! …

Grazzi mill-qalb!

MatthewJuve News Leave a Comment

F’ismi personali bħala President u f’isem sħabi tal-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) nixtieq nirringrazzja lill-mijiet ta’ membri li sal-lum kisru kull rekord billi reġgħu ġeddew is-sħubija kmieni, reġgħu rritornaw lura jimmilitaw fil-Club tagħna wara nuqqas ta’ ftit snin jew saħansitra daħlu membri ġodda mal-klabb tagħna għall-ewwel darba! Grazzi mil-qalb tal-fiduċja Joseph Fenech President

Illejla l-Laqgħa Ġenerali Annwali

MatthewJuve News 1 Comment

Infakkrukom li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Club tagħna sejra ssir illum, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju ġewwa l-premises tal-Club u din tibda fis-7.00pm. Nieħdu pjaċir jekk naraw il-parteċipazzjoni tal-membri anki f’avveniment bħal dan.

Laqgħa Ġenerali Annwali

MatthewJuve News Leave a Comment

Qiegħed jinġieb għall-attenzjoni tal-membri kollha li l-Laqgħa Ġenerali (LĠA) Annwali tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) sejra ssir nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019 fil-Club stess u tibda fis-7.00pm Jekk sal-ħin stipulat li tibda’ l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.30pm. AGENDA 1. Talba2. Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali3. Diskors mill-President4. Qari ta’ rapport …

Awguri lill-missirijiet kollha

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jibagħtu l-isbaħ awguri lill-missirijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Nawguraw lill-missirijiet kollha li jqattgħu ġurnata mill-isbaħ fil-kumpanija tal-għeżież tagħhom.

BBQ fil-premises tal-Club tagħna

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li fit-28 ta’ Ġunju se jsir BBQ fil-premises tal-Club tagħna biex flimkien intemmu dan l-istaġun qabel il-waqfa tal-vaganzi tas-sajf. Il-biljetti, li jinxtraw mill-premises tal-Club fil-ġranet tal-ftuħ, jiswew €25 il-kbar u €10 tfal taħt l-10 snin. Ejjew u ġibu magħkom lill-membri tal-familja u lill-ħbieb tagħkom!