Entries by Aleandro Bartolo

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Diċembru)

Illum il-Youtube Channel ta’ ‘ Gobbo Maltese’ se joħodna lura għas-sena 1971. Proprju fid-19 ta’ Diċembru 1971 kienet intlagħbet il-partita tal-kampjonat bejn Juventus u Sampdoria. L-iskor finali kien ta’ 3-1 favur il-Bianconeri.

Sittax-il sena mill-mewt ta’ Ale & Ricky

Illum jaħbat is-sittax-il anniversarju mit-traġedja li fiha ħallew ħajjithom Riccardo Neri u Alessio Ferramosca. Iż-żewġ plejers tat-tim ‘Berretti’ ta’ Juventus kienu mietu proprju fil-15 ta’ Diċembru 2006 fit-training grounds ta’ Vinovo wara li waqgħu fi speċi ta’ lag artifiċjali, jew ġiebja kbira jekk irridu, li fiha jinħażen l-ilma li jservi biex jissaqqa l-ħaxix tal-grawnds f’Vinovo. […]

Bħal-lum fil-passat (21 ta’ Novembru)

Fil-21 ta’ Novembru 1999 Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Milan. Ir-Rossoneri kienu marru fil-vantaġġ b’awtogowl ta’ Zidane, imma mbagħad Juventus dawru r-riżultat favurihom għal skor finali ta’ 3-1. Għall-Bianconeri skurjaw Conte, Inzaghi u Kovacevic.