Entries by Aleandro Bartolo

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Novembru)

Il-partita li qed inwasslulkom illum kienet tassew inkredibbli. Fl-1990 Juventus għelbu f’darhom lil Roma bl-iskor ta’ 5-0. Fost l-oħrajn kien hemm hattrick ta’ Schillaci. Il-wirja tal-Bianconeri kienet tant kbira fejn mhux biss skurjaw ħames gowls, imma saħansitra lagħbu l-aħħar kwarta b’disa’ min-nies.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Novembru)

Filmat storiku ieħor li joħodna lura għall-1952. Dik is-sena, proprju fid-9 ta’ Novembru, Juventus kienu impenjati fid-Derby kontra Torino. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-1 favur it-tim ta’ Boniperti.

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Novembru)

Il-partita mill-passat li qed inwasslulkom illum hi Juventus-Napoli li ntlagħbet fil-5 ta’ Novembru 1950. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 3-2 favur Juventus. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Boniperti (2) u Hansen.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Novembru)

Fl-4 ta’ Novembru 1970 Juventus laqgħu f’darhom lil Barcellona fit-Tazza tal-Fieri, il-verżjoni l-aktar qadima tat-Tazza Uefa. Il-Bianconeri rebħu 2-1 b’gowls ta’ Bettega u Capello. Ta’ min jirrimarka li dan kien l-ewwel gowl li Fabio Capello qatt skorja bil-flokk Juventin.

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Novembru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1976 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Manchester United f’partita tat-Tazza Uefa. Il-partita rat lil Bianconeri jegħlbu lir-Red Devild 3-0 bil-gowls ta’ Boninsegna (2) u Benetti.

Happy birthday, Juventus!

Illum jaħbat il-125-il anniversarju mit-twaqqif ta’ Juventus F.C. Tradizzjonalment id-data tal-1 ta’ Novembru 1897 hi meqjusa bħala l-jum li fih twaqqaf il-klabb Juventin minn grupp ta’ ħbieb li kienu jattendu l-Liceo Massimo D’Azeglio f’Turin. Nafu li dawn il-ħbieb kienu ilhom jiltaqgħu u jipprattikaw flimkien diversi tipi ta’ sports, fosthom anki l-futbol li ddaħħal fl-Italja proprju […]