Entries by Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus jappellaw

Illejla Juventus ressqu b’mod uffiċjali l-appell tagħhom quddiem il-Collegio di Garanzia tal-Coni bil-għan li tiġi annullata s-sentenza tal-20 ta’ Jannar li għadda li rat lil Juventus jitnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika, flimkien mas-sospensjoni ta’ uffiċċjali u eks-uffiċċjali tagħhom. Matthew Scerri

Xahar importanti għal Juventus

Ix-xahar li ġej mistenni jkun tassew importanti għal Juventus fil-ġlieda tagħhom barra l-grawnd sabiex inaddfu isimhom mill-akkużi li tressqu quddiemhom. Qabelxejn dil-ġimgħa Juventus se jkunu qed iressqu l-appell kontra s-sentenza li wasslet biex tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika. Juventus għandhom ċans sa tmiem il-ġimgħa biex iressqu l-appell biss, kif stqarr Calvo, huma se jkunu qed idaħħlu […]

Friburg huma l-avversarji ta’ Juventus fl-Europa League

L-avversarji ta’ Juventus fir-Rawnd tal-Aħħar Sittax tal-Europa League huma Friburg. Ftit tal-ħin ilu ttellgħet il-polza f’Nyon, l-Iżvizzera. Aktar tard ikunu magħrufa d-dati u l-ħinijiet taż-żewġ konfronti bejn Juventus u Friburg. Il-polza sħiħa hi: FC Union Berlin-Union Saint-Gilloise Sevilla-Fenerbahce Juventus-FC Friburg Bayer Leverkusen-Ferencvaros Sporting CP-Arsenal Manchester United-Real Betis Roma-Real Sociedad Shakhtar Donetsk-Feyenoord Matthew Scerri