Entries by Matthew Scerri

Juventus mhux se jappellaw

Fi stqarrija maħruġa ftit tal-minuti ilu, naqraw li Juventus mhux se jappellaw għad-deċiżjoni tal-Uefa. Juventus tennew li mxew b’mod korrett u mhux se jappellaw sabiex ma jkunx hemm inċertezza għat-tim. Juventus qed jaċċettaw id-deċiżjoni biex jingħalaq dal-kapitlu u t-tim ikun seren tul dan l-istaġun mingħajr preokuppazzjonijiet dwar deċiżjonijiet dixxiplinari li jkunu jistgħu jxejnu dak li […]

Uffiċjali: Juventus maqlugħa ‘l barra mill-Conference League

L-Uefa ħabbret li Juventus ġew esklużi għal sena waħda mill-kompetizzjonijiet Ewropej u weħlu multa ta’ 20 miljun Ewro minħabba li kisru t-termini tas-settlement agreement iffirmat f’Awissu tal-2022. Juventus, għaldaqstant, mhux se jitħallew jikkompetu fil-Conference League dis-sena. 10 miljuni mill-multa mogħtija jkunu jridu jitħallsu biss jekk fit-tliet snin li ġejjin Juventus ma jkunux konformi mar-regolamenti tal-Uefa. […]

Uffiċjali: Arthur misluf lil Fiorentina

Juventus ħabbru li Arthur iffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2026. Hu ġie misluf lil Fiorentina għal sena, liema self se jkun imħallas 2 miljuni flimkien ma’ massimu ta’ 2 miljun Ewro oħra f’bonuses. Is-sena d-dieħla Fiorentina se jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 20 miljun. Matthew Scerri

Tħassret Juventus-Barcellona

Dal-lejl Juventus kellhom jilagħbu l-ewwel partita ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun. Madankollu Juventus – Barcellona tħassret minħabba li diversi plejers tal-klabb Spanjol intlaqtu minn virus tal-istonku. Matthew Scerri

Tibda l-avventura Amerikana ta’ Juventus. Fagioli baqa’ Turin

Kmieni llum waranofsinhar Juventus telqu lejn l-Amerka fejn se jilagħbu numru ta partiti ta’ ħbiberija. Mat-tim ma telaqx Fagioli li għandu infjammazzjoni tat-tunsilli. Mhux magħruf jekk hu huwiex se jmur l-Amerka fil-jiem li ġejjien (meta jgħaddilu) jew inkella huwiex se jibqa’ Turin għal kollox. Li hu żgur hu li Fagioli għadu qed isegwi programm personalizzat […]