Entries by Matthew Scerri

Diversi plejers esklużi mit-tim Juventin

Qed jingħataw iktar dettalji dwar xi deċiżjonijiet li ttieħdu waqt laqgħa bejn Giuntoli, Manna u Allegri. Apparti Bonucci u McKennie, jidher li anki Arthur, Zakaria, Pellegrini u Pjaca huma wkoll esklużi mit-tim Juventin u mhux se jitħallew imorru l-Amerka. Kollha kemm huma ma jiffirmawx iktar mill-pjanijiet ta’ Allegri u allura se jiġu esklużi mit-tim bit-tama […]

Il-Cassazione lesta tagħti raġun lil Juventus

Il-Procuratore Generale tal-Qorti tal-Cassazione, Luigi Cuomo ta parir favur it-talba mressqa mill-avukati ta’ Juventus u l-eks uffiċċjali tagħha li riedu li l-kawża fil-qorti ċivili tinżamm f’Milan u mhux f’Turin. Din hi l-kawża marbuta mal-inkjesta Prisma. Il-Qorti tal-Cassazione se taqta’ l-verdett definittiv fis-6 ta’ Settembru biss klox jindika li la l-Procuratore ta dal-parir, il-Qorti se tilqgħu. […]

Bonucci u McKennie mqaċċta barra mit-tim Juventin

Qed ikun irrapurtat li Juventus għarrfu lil Bonucci u lil McKennie li huma se jkun ‘fuori rosa’ jiġifieri mhux se jkunu qed jiffurmaw parti mit-tim ta’ dis-sena. Din hi mossa biex huma jaċċettaw li jingħaqdu ma’ tim ieħor. Bonucci nhar it-Tnejn se jmur il-Continassa imma mhux se jkun qed jittrenja mal-bqija tat-tim u lanqas sejjer […]

Uffiċjali: Juventus se joħorġu mis-Super League

Juventus jikkonfermaw li bdew il-proċedura sabiex joħorġu mill-proġett tas-Super League. Dan wara li saru diskussjonijiet ma’ Real Madrid u Barcellona, liema diskussjonijiet urew li hemm diverġenza dwar is-Super League. Fl-istqarrija ta’ Juventus naqraw li biex il-klabb ikun jista’ joħroġ mis-Super League jrid jitlob il-permess lill-klabbs l-oħra. Matthew Scerri

Pogba għadu mhux lest għal-logħob

Paul Pogba jaf ikollu jitlef il-partiti ta’ ħbiberija li Juventus se jilagħbu fl-Amerka. Fil-fatt għal dawn l-aħħar tliet ijiem hu ma ttrenja mal-kumplament ta’ sħabu u minflok qatta’ ħafna ħin fil-JMedical fejn hemm l-istrutturi meħtieġa biex hu jkompli l-programm personalizzat bil-għan li jkun jista’ jirritorna għall-azzjoni mingħajr iktar problemi. Diversi siti qed ibassru li Pogba […]

Insellmu l-memorja ta’ Publius Vassallo

Nixtiequ minn hawn insellmu l-memorja ta’ Publius Vassallo li ħalla din id-dinja ftit tal-jiem ilu fl-eta’ ta’ 88 sena. Il-Pullu, kif kien jafu kulħadd, serva għal bosta snin fil-Kumitat tal-Club tagħna u kopra diversi karigi fosthom dik ta’ Teżorier. Kien wieħed mill-qlub u l-muturi tal-Club fis-snin bikrin u ħadem biex, minkejja d-diffikultajiet ta’ dawk iż-żminijiet, […]

Żvelat it-tieni flokk

Illum ġie żvelat it-tieni flokk ta’ Juventus għas-sena 2023/24. Hu flokk bi sfond abjad u linji vertikali ta’ kulur roża u griż ċar. Fil-ħsieb tad-designers, il-flokk għandu jfakkar fil-Monte Rosa li tant hu sinonimu mal-belt ta’ Turin. Matthew Scerri

Andrea Agnelli sospiż għal sittax-il xahar u mmultat 60,000 Ewro

Andrea Agnelli ġie sospiż għal sittax-il xahar oħra u se jkollu jħallas multa ta’ 60,000 Ewro b’rabta mal-hekk imsejħa ‘manovra stipendi’. Il-ġustizzja sportiva sabitu ħati u tatu dil-kundanna. Ta’ min ifakkar li Agnelli kien l-uniku wieħed li ma aċċettax il-patteġġament. Issa rridu nistennew li tinħareġ is-sentenza sħiħa biex naraw eżattament fuq liema bażi l-Qorti tal-FIGC […]

Id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel erba’ partiti tas-Serie A

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet uffiċjali tal-ewwel erba’ partiti tas-Serie A. Juventus se jkunu impenjati kif ġej: L-1 Ġurnata: Udinese-Juventus (20\8\2023 — 8.45 p.m.) It-2 Ġurnata: Juventus-Bologna (27\8\2023 — 6.30 p.m.) It-3 Ġurnata: Empoli-Juventus (3\9\2023 — 8.45 p.m.) Ir-4 Ġurnata: Juventus-Lazio (16\9\2023 – 3.00 p.m.) Matthew Scerri