Entries by Matthew Scerri

Uffiċjali: Miretti ġedded sal-2027

Miretti ffirma kuntratt ġdid li jorbtu ma’ Juventus sal-2027. Juventus jemmnu ħafna fih u riedu jkunu ċerti li jiffirma kuntratt li jdum iktar fiż-żmien bil-għan li hu jkun wieħed mill-pilastri tal-ġejjieni tat-tim. Matthew Scerri

Rabiot mhux sejjer l-Amerka

Ħarġet il-lista tal-plejers Juventini li sejrin l-Amerka ghat-training camp u l-partiti ta’ ħbiberija li Juventus se jilagħbu hemmhekk. Apparti Bonucci u l-bqija tal-plejers ‘fuori rosa’, l-uniku assenti se jkun Rabiot li sofra injury muskolari. Il-plejers kollha mgħajta huma: Matthew Scerri

Injury muskolari għal Kean

Wara għaxart ijiem mill-bidu tal-preseason wasal l-ewwel injury muskolari tal-istaġun. Moise Kean illum kellu jieqaf mit-taħriġ wara li ħass fastidju muskolari. Hu maħsub li hu mhux se jkun jista’ jmur ma’ sħabu l-Amerika. Matthew Scerri

Arthur lejn trasferiment ma’ Fiorentina

Il-Brażiljan Arthur jinsab tassew qrib li jingħaqad b’self ma’ Fiorentina. Illum l-aġent tiegħu, Pastorello kien fil-Continassa biex jitkellem mal-uffiċċjali ta’ Juventus. Arthurisyenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus bil-għan li l-investiment li kien sar għalih jinqasam fuq iktar snin. Wara li jiffirma l-kuntratt il-ġdid, Arthur jiġi misluf lil Fiorentina għal sena, liema self ikun imħallas 3 […]

McKennie m’għadux ‘fuori rosa’

Weston McKennie qed jitħalla jittrenja mal-bqija tat-tim u għaldaqstant m’għadux ‘fuori rosa’. Tant hu hekk li hu mistenni jmur l-Amerka mat-tim Juventin. Ovvjament hu jibqa’ wieħed minn dawk il-plejers li Juventus iridu jbigħu, biss għalissa se jitħalla jifforma parti mit-tim sakemm tasal l-offerta t-tajba għalih. Ta’ min jgħid ukoll li ladarba Pogba għadu mhux lest […]

Giuntoli: “Irridu nsibu bilanċ bejn sostenibbiltà u kompetittività”

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, Cristiano Giuntoli ġie mistoqsi ħafna dwar l-istrateġiji ta’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti. Skontu jrid jinstab bilanċ bejn il-kompettittivita’ tat-tim u s-sostenibbilta’ finanzjarja tal-operat tat-tim. Saħaq li għalissa Juventus m’huma se jixtru lil ħadd peress li jemmnu li għandhom tim kompetittiv. L-attenzjoni tinsab biss fuq il-bejgħ ta’ plejers ladarba hemm wisq plejers fi […]

Ufficjali: Ranocchia misluf lil Empoli

Tħabbar b’mod uffiċjali li Juventus silfu lil Filippo Ranocchia lil Empoli għal perjodu ta’ sena. Empoli se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla, b’Juventus ikollhom ukoll id-dritt tar-recompra fuqu wkoll. Matthew Scerri

Għad trid tittieħed id-deċiżjoni dwar Pogba u Fagioli

Dil-ġimgħa Juventus se jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Amerka fejn se jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija. Minn dak li nafu s’issa jidher li għada trid tieħu d-deċiżjoni dwar jekk Pogba u Fagioli humiex se jmorru l-Amerka. It-tnejn li huma fiequ kompletament mill-injuries tagħhom biss jinsabu f’fażi delikata tat-taħriġ tagħhom. Pogba pereżempju qed juża l-istrutturi tal-JMedical bħala […]