Entries by Matthew Scerri

Dybala se jiffirma kuntratt ma’ Roma

Paulo Dybala se jkun qed jilbes il-flokk ta’ Roma mill-istaġun li jmiss. Dalgħodu fid-9.00 ta’ filgħodu hu qabad titjira minn Turin flimkien ma’ Tiago Pinto b’destinazzjoni l-Portugall fejn se jkun qed isirulu t-testijiet mediċi u wara jiffirma l-kuntratt ma’ Roma. Dybala aċċetta l-offerta ta’ Roma dal-lejl wara li tkellem bit-telefon ma’ Mourinho. Hu x’aktarx se […]

De Ligt se jingħaqad ma’ Bayern Munich

Matthijs De Ligt hu prattikament plejer ta’ Bayern Munich hekk kif il-klabb Ġermaniż għolla l-offerta tiegħu, liema offerta tissodisfa t-talba ta’ Juventus. Qed ikun irrapurtat li Juventus aċċettaw l-offerta l-ġdida mressqa minn Bayern Munich. Hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar is-somma li Bayern se jkunu qed iħallsu għal De Ligt. Jidher li Juventus se jkunu qed idaħħlu […]

Juventus jegħlbu lil Pinerolo

Juventus kellhom sessjoni ta’ taħriġ kemxejn differenti mill-jiem l-oħra. Fil-fatt ingħaqadu magħhom it-tim ta’ Pinerolo u nlagħbet partita ta’ ħbiberija li ntemmet bl-iskor ta’ 9-0 favur il-Bianconeri. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Kean (3), Zakaria (2) , Soulé (2), Rabiot u Di Maria. Matthew Scerri

Bernardeschi hu plejer ta’ Toronto FC

Federico Bernardeschi ffirma ma’ Toronto FC u se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu fl-MLS. Hu se jkun qed jilgħab fl-istess tim ma’ Criscito u Insigne, li għadhom kemm ingħaqdu ma’ Toronto FC. Allegatament Bernardeschi se jkun qed jaqla’ ma’ Toronto 5 miljuni fis-sena, li hi paga għola minn dik li kien jaqla’ ma’ Juventus. Matthew […]

Uffiċjali: Cambiaso misluf lil Bologna

Andrea Cambiaso diġà ħalla lil Juventus hekk kif hu ngħaqad b’self ma’ Bologna sa tmiem l-istaġun. Din se tkun opportunità tajba għalih biex jilgħab b’mod regolari fis-Serie A u jiksber l-esperjenza meħtieġa biex mis-sajf li ġej ikun jista’ jieħu post Alex Sandro ma’ Juventus. Matthew Scerri

Imsemmija Bremer u Pau Torres imma hemm ċans li De Ligt jibqa’ ma’ Juventus

Min se jkun qed jilgħab flimkien ma’ Bonucci fiċ-ċentru tad-difiża ta’ Juventus? Din hi bħalissa l-ikbar mistoqsija tas-supporters Juventini. Koulibaly ingħaqad ma’ Chelsea u allura waħda mill-ħolmiet tas-supporters sfaxxat fix-xejn. Il-ħolma l-oħra għandha l-isem ta’ Bremer, imma f’dal-każ dejjem intqal li l-Brażiljan ilu miftiehem ma’ Inter. Qed jissemma ħafna Pau Torres ta’ Villareal għalkemm is-somma […]

Uffiċjali t-trasferimenti ta’ Cambiaso u Dragusin

Juventus ħabbru li xtraw lil Andrea Cambiaso mingħand Genoa għas-somma ta’ 8.5 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’żewġ rati. Fil-ftehim hemm anki bonuses oħra li jilħqu l-massimu ta’ 3 miljun Ewro. Radu Dragusin, mill-banda l-oħra, ingħaqad b’self ma’ Genoa. Jekk f’dan l-istaġun il-klabb tiegħu jilħqu miri sportivi speċifiċi, Genoa jkollhom l-obbligu li jixtruh għal […]

Testijiet mediċi fil-JMedical għal Cambiaso

ħIllum fl-aħħar Andrea Cambiaso kien Turin għat-testijiet mediċi fil-JMedical. Hu t-tielet plejer li Juventus xtraw das-sajf. Juventus se jħallsu 4 miljuni lil Genoa u flimkien mas-somma Genoa se jiksbu anki lil Dragusin. Id-difensur Rumen eks Juventus diġà għamel it-testijiet mediċi. Cambiaso wisq probabbli mhux se jibqa’ ma’ Juventus das-sajf. Minflok x’aktarx se jkun misluf lil […]