Entries by Matthew Scerri

Di Maria jispjega għala għażel il-flokk numru 22

Angel Di Maria se jkun qed jilbes il-flokk numru 22 ta’ Juventus. Hu spjega li: “Dan-numru lbistu ma’ iReal Madrid u jfakkarni fir-rebħ taċ-Champions League. Naf li Juventus iridu jiġġieldu dejjem għar-rebħ taċ-Champions League. Ma kien hemm ħadd li kellu dan-numru u ħadtu. Se nilbsu fuq il-flokk abjad u iswed li huma l-kuluri li marti […]

Pogba lura ma’ Juventus!

Illum hi l-Pogba Day. Il-midfielder Franċiż wasal Turin tard waranofsinhar ilbieraħ u diġà żar il-Continassa. Illum se jkun fil-JMedical għat-testijiet mediċi tas-soltu u wara jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Illejla stess se jkun imħabbar uffiċjalment bħala plejer ġdid ta’ Juventus. Matthew Scerri

Di Maria qed jagħmel it-testijiet mediċi fil-JMedical

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, Angel Di Maria wasal fil-JMedical għat-testijiet mediċi. Hu stab tistennieh folla mdaqqsa ta’ supporters Juventini li laqgħuh b’mod mill-isbaħ. L-entużjażmu tas-supporters Bianconeri hu tassew mogħla s-smewwiet hekk kif bejn illum u għada Di Maria u Pogba se jkunu qed jiffirmaw ma’ Juventus. Matthew Scerri

Di Maria jinsab Turin. Illejla jasal Pogba

Angel Di Maria wasal Turin b’titjira privata għall-ħabta tal-10.38 p.m. tal-lejl li għadda. Dalgħodu hu se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi fil-JMedical u wara jiffirma l-kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus għal dis-sena. Intant illejla mistenni jasal Pogba Turin biex anki hu għada jkun jista’ jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt li se jorbtu ma’ […]

Cherubini f’laqgħat mal-aġenti ta’ Koulibaly, Zaniolo u Morata

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2022 kienet ġurnata ta’ ħidma intensiva għal Federico Cherubini. Hu kellu laqgħat ikkonfermati ma’ żewġ aġenti importanti: Fali Ramadani u Claudio Vigorelli. X’intqal f’dawn il-laqgħa mhux magħruf b’mod uffiċjali, ovvjament. Biss l-għidut hu li Cherubini tkellem ma’ Ramadani dwar Koulibaly u Milenkovic. Juventus qed joffru kuntratt ta’ 4 snin lil Koulibay […]

Offerta min-naħa ta’ Juventus għal Molina

Parti mill-flus li Juventus se jdaħħlu mill-bejgħ ta’ De Ligt x’aktarx se jkunu investiti fl-akkwist ta’ Molina mingħand Udinese. Hemm rapporti li Juventus ressqu offerta ta’ 15-il miljun Ewro u bonuses għal Molina. Udinese, allegatament, qed jitolbu 30 miljun, biss il-fatt li m’hemmx offerti oħra għalih minn klabbs oħra, jaf ikun punt ta’ vantaġġ għal […]

Di Maria jasal Turin illejla? U Pogba …

Illejla Angel Di Maria mistenni jasal Turin sabiex għada jmur fil-JMedical għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Din l-aħbar mhix konfermata b’mod uffiċjali minn Juventus, biss qed tingħata bħala ċerta minn diversi sorsi. Di Maria llum se jkun qed jivvjaġġa b’destinazzjoni Turin u minn għada tibda l-avventura tiegħu mal-Bianconeri. Paul Pogba, mill-banda l-oħra, x’aktarx […]