Entries by Matthew Scerri

Koulibaly se jingħaqad ma’ Chelsea

Koulibaly se jkun qed iħalli lil Napoli u se jingħaqad ma’ Chelsea li offrewlu kuntratt ta’ 10 miljuni fis-sena. Id-difensur mis-Senegal kien ikkuntattjat minn Juventus il-ġimgħa li għaddiet biss hu għażel li ma jaċċettax l-offerta tal-Bianconeri peress li: (i) Juventus kienu qed joffrulu inqas (6.5 miljuni); u (ii) hu ma ħassux li għandu jingħaqad ma’ […]

Aktar aġġornamenti dwar De Ligt

Iż-żjara ta’ Salihamidzic ilbieraħ f’Turin kienet waħda qasira u inkonklużiva. Milli nafu ma kienx hemm laqgħa formali bejn Salihamidzic u d-diriġenti ta’ Juventus. Kien hemm biss kuntatt informali, li hu t-tieni wieħed wara dak tal-ġimgħa li għaddiet fil-belt ta’ Milan. L-ewwel offerta ta’ Bayern hi ta’ 60 miljun (xi wħud qed isostnu li offrew 65 […]

Di Maria ma jeskludix li jibqa’ ma’ Juventus għal iktar minn sena

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ preżentazzjoni tiegħu, Angel Di Maria sostna li hemm possibbiltà li jibqa’ ma’ Juventus għal iktar minn sena waħda. Qabelxejn hu stqarr li jħossu onorat li l-iktar klabb importanti tal-Italja, il-Juventus, stennewh għal 40 jum. Hu spjega li dam ma ta risposta lil Juventus peress li xtaq iqatta’ perjodu trankwill mal-familja. Dwar […]

Salihamidzic tkellem mal-aġent ta’ De Ligt

Hasan Salihamidzic telaq lura l-Ġermanja wara li kellu laqgħa mal-aġent ta’ De Ligt, Rafaela Pimenta. Hi tinsab Turin minħabba t-trasferiment ta’ Pogba. Bayern Munich huma interessati ferm li jiksbuh u allegatament għandhom ftehim biex jagħtuh paga ta’ 12-il miljun fis-sena. Issa jonqos li jinstab verament ftehim ma’ Juventus. Illum ma jirriżultax li Salihamidzic tkellem ma’ […]

Uffiċċjal ta’ Bayern Munich wasal l-Italja biex jinnegozja l-akkwist ta’ De Ligt mingħand Juventus

Ftit tal-ħin ilu wasal Turin id-Direttur għall-iSports ta’ Bayern Munich, Hasan Salihamidzic. Hu se jkun qed jiltaqa’ ma’ Juventus u se jressaq l-ewwel offerta tal-klabb Ġermaniż għal De Ligt. L-għidut hu li De Ligt qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Bayern Munich, li min-naħa tagħhom qed joffru allegatament 80 miljun Ewro flimkien ma’ 10 miljuni […]

L-ammonti tal-commissions lill-aġenti ta’ Di Maria u Pogba

Angel Di Maria u Pogba huma issa uffiċjalment plejers ta’ Juventus. Mill-istqarrijiet għall-aħbarijiet maħruġa minn Juventus F.C. sirna nafu li l-commissions li se jitlħallsu lill-aġenti jammontaw għal 1.3 miljun Ewro (Di Maria) u 2.5 miljun Ewro (Pogba). Dan jixhed hemm verament id-diriġenza attwali qed tibdel l-istil tat-tmexxija tat-tim. Fil-passat Marotta u Paratici kienu magħrufa għax […]