Entries by Matthew Scerri

Locatelli pożittiv għall-Covid-19

Manuel Locatelli ttestja pożittiv għall-Covid-19 matul il-ġurnata tal-lum u immedjatament beda l-kwarantina tiegħu. Ta’ min ifakkar li lbieraħ Locatelli kien fil-grawnd kontra Villareal u għaldaqstant wieħed irid jara jekk hux se jkun hemm aktar plejers Bianconeri infettati. Matthew Scerri

Juventus qed jagħżlu li ma jġeddux il-kuntratt ta’ Dybala?

Juventus u Paulo Dybala jidhru dejjem imbegħdin minn xulxin. Dil-ġimgħa Juventus kellhom ikollhom laqgħa mal-aġent Jorge Antun, biss id-diriġenza Bianconera allegatament ħassret il-laqgħa u mexxietha għal wara l-partita kontra Villareal. F’dan l-istadju kollox qisu qed jindika li Juventus ma jridux iġeddu l-kuntratt ta’ Dybala. Nafu li ftit qabel il-Milied Dybala kien lest jaċċetta l-proposta ta’ […]

Chelsea f’diffikultà enormi. Emerson u Jorginho msemmija ma’ Juventus

Chelsea għaddejjin minn mument tassew diffiċli hemm kif l-awtoritajiet tar-Renju Unit qed jieħdu passi drastiċi fil-konfront ta’ Roman Abramovic u ta’ ħafna biljunarji Russi li jgħixu fl-Ingilterra. L-assi ta’ Abramovic jinsabu ffriżati u ovvjament hemm riperkussjonijiet kbar anki fuq Chelsea hekk kif sar magħruf li l-bank Barclays bblokkja saħansitra l-kont ta’ Chelsea. Kellu rapporti li […]

Il-plejers mgħajta għall-partita ta’ Juventus kontra Sampdoria

Il-plejers Bianconeri mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Sampdoria huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin Difensuri: De Sciglio, De Ligt, Danilo, Cuadrado, Pellegrini, Alex Sandro, Rugani, Stramaccioni Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Rabiot, Locatelli, Miretti Attakkanti: Vlahovic, Morata, Kean, Aké Matthew Scerri

Insellmu l-memorja ta’ Sandra Shields

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jibagħtu, f’isem anki l-membri tal-Club, il-kondoljanzi lis-Segretarju tal-Club u l-familja tiegħu għat-telfa tal-għażiża Sandra Shields. Sandra kienet persuna li żgur hi għal qalb dawk kollha li jattendu l-premises tal-Club tagħna. Flimkien ma’ Joe u l-familja tagħha kienet tkun preżenti għal kull partita ta’ Juventus. Kienet […]