Entries by Matthew Scerri

Anki Bernardeschi se jitlaq b’xejn?

Wara Paulo Dybala, jidher li hemm ċans kbir li Juventus jitilfu plejer ieħor li l-kuntratt tiegħu se jintemm tliet xhur oħra. Federico Bernardeschi, għall-kuntrarju ta’ Dybala, x’aktarx se jitlaq b’għażla tiegħu iktar milli tal-klabb peress li mhix togħġbu l-offerta mressqa lilu. Juventus qed joffrulu kuntratt b’paga ta’ 2.5 miljun, bil-possibbilità li jitilgħu sa massimu ta’ […]

Injury għal Vlahovic

Dusan Vlahovic għandu uġigħ ħafif u mhux se jkun qed jilgħab għat-tim nazzjonali tas-Serbja. It-tobba tat-tim nazzjonal Serb, bi qbil mal-istaff mediku ta’ Juventus, bagħtuh lura Turin sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Vlahovic se jkun qed jitlef il-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Ungerija u d-Danimarka. Matthew Scerri

Sassuolo lesti jitkellmu ma’ Juventus dwar Raspadori

L-għidut hu li Juventus għandhom fil-pjanijiet tagħhom li jixtru lil Raspadori mingħand Sassuolo sabiex jieħu post Dybala. Dwar dan kollu tkellem iċ-CEO ta’ Sassuolo, Giovanni Carnevali. Dan hu dak li qal: “Ma’ Juventus diġà kellna t-trasferiment ta’ Locatelli. Jekk ikun hemm l-opportunità ta’ aktar trasferimenti, inkunu kuntenti. F’Jannar klabb Ingliż talabulna spiss, iżda għalina hu […]

Arrivabene jikkonferma li Juventus għażlu li ma jġeddux il-kuntratt ta’ Dybala

Maurizio Arrivabene kkonferma li l-kuntratt ta’ Dybala mhux se jkun imġedded. Hu spjega li d-deċiżjoni ttieħdet għax filwaqt li Juventus japprezzaw il-bravura tal-Arġentin, il-parametri ekonomiċi bejn il-partijiet kienu different. Skontu f’Jannar, bil-wasla ta’ Vlahovic, il-proġett tattiku ta’ Juventus inbidel. Barra minn hekk Juventus kellhom jikkunsidraw anki n-numru ta’ partiti, it-tul tal-kuntratt u l-aspett ekonomiku marbut […]

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti ta’ Juventus f’April

Tħabbru d-dati u l-ħinijiet tal-partiti li Juventus se jkunu qed jilagħbu fix-xahar ta’ April. Juventus se jkunu impenjati kif ġej fil-kampjonat tas-Serie A: Juventus-Inter (Il-Ħadd 3 ta’ April 2022, 8.45 p.m.) Cagliari-Juventus (Is-Sibt 9 ta’ April 2022, 8.45 p.m.) Juventus-Bologna (Is-Sibt 16 ta’ April 2022, 6.30 p.m.) Hi uffiċjali anki d-data tat-tieni leg tas-Seminfinali tal-Coppa […]

Dybala mhux se jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Paulo Dybala mhux se jkun qed iġedded il-kuntratt ma’ Juventus. Illum Juventus kellhom laqgħa mal-aġenti tal-istilla Arġentina u jidher li l-proposta li Juventus ressqu ma għoġbitx lill-aġent ta’ Dybala. Allegatament Juventus offrew paga fissa ta’ 6 miljuni lil Dybala b’bonuses li jwasslu l-paga sa ftit inqas minn 10 miljuni. Juventus naqqsu drastikament anki l-commission li […]

Allegri jiċħad li kellu battibekk ma’ Dybala

Fis-sigħat li għaddew artiklu tal-Gazzetta dello Sport qanqal ħafna kurżità hekk kif ġie rrapurtat li lbieraħ Allegri kellu battibekk ma’ Dybala. Allegatament Dybala mar fuq Allegri u f’isem sħabu talbu jibdel il-pjanijiet għall-ġurnata tal-lum. Dejjem skont La Gazzetta dello Sport Allegri ħa għalih li saritlu dit-talba u hu kkwotat li qal: “Paulo, proprju int qed […]