Entries by Matthew Scerri

X’se jiġri minn Mandragora?

Futur inċert għal Rolando Mandragora. Torino m’għandhom ebda obbligu li jixtru lil Mandragora mingħand Juventus. Il-plejer sofra injury f’dan l-istaġun u ma lagħabx biżżejjed partiti biex skont il-ftehim bejn il-klabbs Torino jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 14-il miljun Ewro. Min-naħa tagħhom Torino jixtiequ jżommu lil Mandragora biss ma jidhrux disposti jonfqu iktar […]

L-attenzjoni ddur fuq is-suq tat-trasferimenti. Mistennija bidliet radikali fi ħdan it-tim Juventin

Hekk kif il-kampjonat u l-istaġun waslu fi tmiemhom, l-attenzjoni se ddur għal kollox fuq is-suq tat-trasferimenti. Juventus jidhru li qed jaħdmu bla waqfien biex ikun hemm bidla radikali fi ħdan it-tim. Diversi plejers mistennija jitilqu lil Juventus u minflokhom se jinkisbu plejers oħra. It-tir hu li Allegri jkollu tim iktar kompetittiv b’taħlita ta’ plejers maturi […]

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ April)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 1993 meta proprju bħal-lum Juventus kienu marru Pariġi biex jilagħbu kontra PSG fis-SemiFinali tat-Tazza Uefa. Dakinhar il-Bianconeri għelbu lill-Franċiżi 0-1 b’gowl ta’ Baggio.

Calciomercato mill-passat. L-akkwist ta’ Pietro Anastasi

Fix-xhur tas-sajf il-Calciomercato letteralment jiddomina x-xena sportiva. Nixtiequ nibdew serje ta’ artikli dwar xi akkwisti ċelebri li saru fil-passat. Se nibdew din is-serje b’Pietro Anastasi. Kien l-1968 u l-kampjonat intemm kmieni ħafna minħabba l-Euro. It-timijiet tas-Serie A għaldaqstant bdew jorganizzaw diversi partiti ta’ ħbiberija. Fit-18 ta’ mejju f’San Siro, Inter lagħbu kontra Roma. In-Nerazzurri kellhom […]

Locatelli fieq!

Manuel Locatelli fieq mill-Covid-19 u se jkun qed jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan. Wara li jtemm l-impenji mat-tim nazzjonali, Locatelli se jkun qed jirritorna Turin biex iħejji għall-partita kontra Inter tat-3 ta’ April. Matthew Scerri

Dybala ma jittrenjax minħabba li qed ikun interrogat fil-‘Procura’ ta’ Turin

Illum Paulo Dybala kien mistenni jittrenja għall-ewwel darba ma’ Juventus wara li ħarġet l-aħbar li l-kuntratt tal-Arġentin mhux se jkun imġedded. Minflok mar għat-training, però, Dybala ġie msejjaħ fl-uffiċini tal-Procura ta’ Turin sabiex jagħti x-xhieda tiegħu b’rabta mal-investigazzjoni dwar allegat ‘falso in bilancio’ min-naħa ta’ Juventus. Skont l-investigaturi jista’ jkun li Juventus ma rreġistrawx b’mod […]

Tlieta mistennija jġeddu l-kuntratt ma’ Juventus

Cuadrado, De Sciglio u Perin huma mistennija jiffirmaw kuntratti ġodda ma’ Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kolombjan diġà stqarr pubblikament li se jibqa’ ma’ Juventus u fil-verità għandu ftehim ma’ Juventus għal kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 4 miljuni fis-sena. Anki De Sciglio u Perin lesti jaċċettaw il-proposta mressqa lilhom min-naħa ta’ Juventus. De Sciglio se […]