GURNATA TA’ STENNIJA

Dik tal-bierah kienet gurnata twila ta’ stennija ghalina l-Juventini bejn stennija ta’ sentenza mposta fuqna ingustament u l-partita mportanti kontra sporting lisbon.

Biex nibda mil-partita, naturalment ir-rizultat kien wiehed pozittiv u wassalna ghal semi finali ta’ din il-kompetizzjoni. Morna fil-vantagg kmieni b’gowl ta’ Rabiot li minn naha ta’ gowls dan l-istagun kien pozittiv ferm ghalih ghalkemm nibqa nghid li m’huwiex player kontinwu fil-prestazzjonijiet tieghu minn dawk tajbin hafna ghal ohrajn ferm traskurat.

Nahseb illi individwalment konna hafna ahjar mil-partita kontra sassuolo u fl-ewropa naturalment timijiet ikunu aktar offensivi u ghalhekk jippermettulek aktar kontrattakki b’ aktar spazju li tkun tista tisfrutta ghalkemm xorta bqajna b’certu lentezza u b’hafna zbalji banali fit-tqassim anka dak semplici. Fit-tieni taqsima kibret l-pressjoni ta’ sporting lisbon li kienu perikoluzi f’certu okkazjonijiet izda anka minn naha taghna kellna bosta kontrattakki li stajna hadna hafna aktar minnom. Wiehed jinnota li ghad ma’ ghandniex l-aqwa Chiesa u wisq aktar l-ahjar Pogba wara zmien twil weqfin u li tant nhossu n-nuqqas ta’ dawn il-players.

Kif ghidt, wasalna ghal-ahhar pass versu finali li tista twassalna ghal rebha ewropeja wara hafna snin u wara stagun difficilissimu ghalina u li nispera ma’ nergghu nghaddu qatt milli ghaddejjin barra l-pitch. Unur fl-ewropa mhux biss itina lura certa prestigju izda tkun risposta lil ghedewwa li tant jixtiqu innehhuna mill-mappa tal-futbol.

Nigi ghas-sentenza tal-coni tal-bierah. Kienet importanti mentalment li almenu ghalissa dawk il-punti jergghu jirritornaw ghandna izda fadal triq twila ohra, l-bierah prattikament kif kien mistenni l-coni qalet li hija sentenza ingusta imma fl-istess hin haslet ideja u regghet batet kollox lura. Wiehed jrid jistenna l-motivazzjonijiet tas-sentenza biex ikun jista jghid x’ser jigri jew x’jista jigri! Nergghu nistennew u naraw imma ghalmenu qed naraw li xi haga bdiet tikkrolla fl-ufficji tal-buttuni fuq nett!!

Xtaqt ukoll u naghlaq dan l-artiklu bil-programm tant mistenni li xxandar fuq Rai 3 reporter. Ghal dawk li bhali ghixu calciopoli u dahlu pjuttost fid dettal tal-kaz nista nghid li hafna mit-telefonati konna diga smajnihom u nafu, hareg aktar bic-car x’kienet l-intenzjoni; dik li nkissru lil Juventus biss u illum jidher aktar car anka minn nies minn gewwa jew vicin tal-Juventus jew ahjar tal-propjetarji tal-Juventus!

Forsi ftit innutaw jew taw kaz x’qal Luciano Moggi lejn l-aqwa fl-ewropa bl-aqwa dirigenti u kien hemm min ried jibdel l-aqwa dirigenti ghax ghal xi raguni bdew jaghtu fastidju. Izda l-aktar haga li forsi ftit innotaw, meta bdew jigu ittepjati t-telefonati!? Ezattament ftit wara li halliena Umberto Agnelli! Mohh kulhadd ghandu, s-somom kulhadd jaf jaghmilom, il-konkluzjonijiet inhallijom f’idejkom!

FORZA JUVE DEJJEM

Biljetti għas-Semi Finali tal-Europa League kontra Seville

Nhar il-Ħadd 23 ta’ April fis-7.00pm se nibdew naċċettaw bookings minn ġewwa l-uffiċju għall-biljetti kemm home kif ukoll away tas-Semi Finali tal-Europa League kontra Seville li se jintlagħbu rispettivament fil-11 ta’ Mejju ġewwa Turin u fit-18 ta’ Mejju ġewwa Sevilla.

Għaldaqstant nistednukom biex taqraw u tifhmu r-regolamenti dwar il-bookings ta’ biljetti li se jiġu applikati għal nhar il-Ħadd biss hekk kif inhuma spjegati hawn taħt.

Se jkunu jistgħu jirriservaw biljetti biss dawk il-membri li sal-ħin ta’ dan l-avviz laħqu rreġistraw ruħhom fil-Fan Club. Dan qiegħed isir sabiex tingħata priorita’ lill-membri prezenti reġistrati fil-Fan Club.

Għall-partita ġewwa Turin tal-11 ta’ Mejju persuna waħda se tkun tista’ tirriserva sa massimu ta’ zewg biljetti f’isem persuni reġistrati fil-Fan Club sal-ħin ta’ dan l-avviz.

Għall-partita ġewwa Sevilla tat-18 ta’ Mejju persuna waħda se tkun tista’ tirriserva sa massimu ta’ biljett wieħed biss f’isem persuni reġistrati fil-Fan Club sal-ħin ta’ dan l-avviz.

Għall-fini ta’ kjarezza membru reġistrat fil-Fan Club interessat għall-biljett jista’ wkoll jibgħat rapprezentant minfloku.
Min mhux eliġibblii li japplika għall-biljett jista’ jpoġġi ismu ġewwa waiting list u jekk ikun għad fadal disponibilita’ ta’ biljetti wara l-għeluq tal-uffiċju l-Ħadd se nkunu qed nikkuntattjawh sabiex jerġa’ jzurna nhar it-Tlieta, jirregola ruħu u jħalli d-depositu fuq il-biljett mixtieq.

Dan qiegħed isir sabiex inzommu l-ordni u nkunu mill-iktar trasparenti kif ukoll għaliex l-allokazzjoni tal-biljetti b’mod partikolari għall-partita away se tkun waħda limitata.

Nirringrazzjawkom

Juventus jingħataw lura l-15-il punt (għalissa)

Il-Collegio di Garanzia tal-Coni ddeċieda li l-kawża tal-plusvalenze fittizji għandha terġa’ ssir. Il-Collegio laqa’ għaldaqstant dak li talab l-Prokuratur Ġenerali, Taucer. Juventus, tajjeb infakkru, kienu qed jitolbu li s-sentenza tiġi annullata. Il-kawża trid issa terġa’ tinstema u eventwalment jista’ jkollna verdett ta’ natura oħra minn dak li kellna f’Jannar. Fi kliem ieħor Juventus jistgħu jinħelsu mill-akkużi jew, jekk jerġgħu jinstabu ħatja, ikunu kkundannati għal piena li tista’ tkun differenti minn dik ta’ Jannar (jistgħu jeħlu multa biss jekk ikun applikat l-Artiklu 31 jew inkella tnaqqis ta’ punti jekk ikun applikat l-Artiklu 4).

Kienu kkonfermati s-sentenzi a dannu ta’ Andrea Agnelli, Paratici, Cherubini u Arrivabene. Nedved kien meħlus mill-akkużi. Il-kawża li se terġa’ ssir trid tistabilixxi r-responsabbiltajiet tal-uffiċċjali u sussegwentement tiddetermina f’kien is-sehem ta’ Juventus f’din l-istorja kollha.

Il-Collegio di Garanzia għandu xahar biex joħrog id-dokument fejn jispjega għala ttieħdet din id-deċizjoni. Minn meta joħroġ dad-dokument, il-Ġustizzja Sportiva jkollha xahar żmien biex l-kawża tinstema. Ta min ifakkar ukoll li jekk is-sentenza tasal sat-30 ta’ Ġunju, din tkun tgħodd għal dan l-istaġun. Sentenza wara l-1 ta’ Lulju jkun ifisser li s-sentenza tkun tgħodd mill-istaġun li jmiss.

Intant għalissa Juventus ħadu lura l-15-il punt tagħhom u telgħu fit-tielet post tal-klassifika tas-Serie A b’59 punt, żewġ punti taħt Lazio u sittax-il punt taħt Napoli.

Matthew Scerri

Illejla mhu ħiereġ ebda verdett!

Il-verdett tal-Collegio di Garanzia tal-CONI mhux se joħroġ illum. Wara li ntemmet is-seduta, l-Imħallfin bdew il-ħidma tagħhom u eventwalment għall-ħabta ta’ sebgħa ta’ filgħaxija aġġornaw għal għada. Fi kliem ieħor hu ċert li qabel għada mhux se nkunu nafu x’iddeċidew. L-Imħallfin għandhom ħamest ijiem ċans biex jaqtgħu l-verdett tagħhom.

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Sporting-Juventus

Il-plejers Juventini mgħajta minn Allegri għat-tieni konfront ma’ Sporting CP huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin.

Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, Pogba, Cuadrado, Kostic, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli.

Attakkanti: Chiesa, Vlahovic, Milik, Di Maria, Soulé.

Matthew Scerri

Instema’ l-Appell quddiem il-Collegio di Garanzia tal-Coni. Ma naqsux is-sorpriżi!

Illum quddiem il-Collegio di Garanzia tal-CONI nżammet is-seduta li matulha ġie diskuss l-appell imressaq minn Juventus wara li tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika minħabba l-hekk imsejħa ‘plusvalenze’ fittizji. Is-seduta ħadet madwar tliet sigħat. Juventus talbu li s-sentenza tiġi annullata, filwaqt li l-Prokuratur Ġenerali Ugo Taucer (l-akkuża biex niftehmu) talab li l-kawża terġa’ ssir mill-ġdid peress li hemm xi affarijiet nieqsa fil-motivazzjoni tas-sentenza. Fi kliem ieħor skont il-Prokuratur Ġenerali, il-Qorti naqset milli tagħti spjegazzjoni ċara u dettaljata dwar l-aspetti kollha li wasslu għas-sentenza u għaldaqstant qed jitlob li l-kawża terġa’ ssir. Interessanti li l-Prokuratur Ġenerali minflok ma ddefenda s-sentenza u talab li tkun ikkonfermata, talab minflok li l-kawża terġa’ ssir milli ġdid. Jekk it-talba tiegħu tkun milqugħa, il-ħmistax-il punt għalissa ma jitnaqqsux lil Juventus. Imbagħad la jerġa’ jistema’ l-każ quddiem il-Ġustizzja Sportiva, Juventus ikunu jistgħu jiġu meħlusa mill-akkużi u allura ma jeħlu xejn. Iżda, jekk jinstabu ħatja, ikunu jistgħu jeħlu l-istess piena (tnaqqis ta’ 15-il punt) jew waħda differenti (tnaqqis ta’ inqas jew iktar punti minn dawk il-ħmistax-il punt, jew inkella multa biss).

Id-deċiżjoni tal-Collegio di Garanzia tal-CONI mhix mistennija toħroġ il-lejla. Li hu żgur hu li t-talba tal-Prokuratur Ġenerali tixhed dak li dejjem sostnejna: ma kienx kollox sew fis-sentenza ta’ Jannar li għadda! Taucer stess ammetta llum waqt is-seduta li jara li d-difiża għandha raġun li tilmenta għall-fatt li Juventus ġew ikkundannati fuq il-bażi tla-Artiklu 4. Fl-istess ħin Taucer indika li l-15-il punt imnaqqsa mhumiex spjegati sew.

Matthew Scerri

Juventus rebħu l-Appell: il-Curva se tibqa’ miftuħa

Il-Qorti tal-Appell tat raġun lil Juventus u qatgħetha li l-Curva Sud Primo Anello m’għandhiex tingħalaq. Nafu li minħabba xi bbujjar razzista fil-partita tal-Coppa Italia kontra Inter, l-Imħallef tal-Isport kien ordnat li l-Curva Sud tal-Allianz Stadium kellha tibqa’ magħluqa għan-nies fl-ewwel partita tal-kampjonat li Juventus kellhom jilagħbu f’darhom (nhar il-Ħadd kontra Napoli). Illum il-Qorti tal-Appell iddeċidiet li l-Curva m’għandhiex tingħalaq u allura kontra Napoli s-supporters se jkunu jistgħu joqogħdu f’dik is-sezzjoni tal-grawnd ukoll.

Matthew Scerri