Pogba barra mill-azzjoni għall-kumplament tal-istaġun
L-istaġun sfurtunat ta’ Paul Pogba wasal fi tmiemu hekk kif illum kien ikkonfermat li hu sofra injury muskolari f’koxxtu x-xellugija. L-entità tal-injury mhix gravi. Fl-istqarrija ta’ Juventus m’hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jibqa’ barra, biss diversi sorsi qed isostnu li hu se jdum wieqaf minn tal-inqas tliet ġimgħat. Kif kulħadd jaf l-injuries żammew lil Pogba ‘l barra mill-azzjoni prattikament is-sena kollha. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr u li s-sena d-dieħla jkun jista’ jpaxxina mill-ġdid bit-talent infinit tiegħu.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Mejju)
Il-partita tal-lum mill-passat hi Juventus-Genoa tal-15 ta’ Mejju 1983. Skor finali tal-partita 4-2 għall-Bianconeri.
Żvelat il-flokk il-ġdid ta’ Juventus
Fil-partita kontra Cremonese se jiddebutta l-flokk il-ġdid ta’ Juventus li se jkun qed jintuża l-istaġun 2023\24. Hu flokk bi stil modern, b’burduri solor.
Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Mejju)
Qabża lura għas-sena 1995 meta Juventus għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 4-0.










