Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Novembru)
Bħal-lum fl-1992 Juventus kienu kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 f’darhom kontra Ancona. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.
Happy birthday, Juventus!
Illum jaħbat il-125-il anniversarju mit-twaqqif ta’ Juventus F.C. Tradizzjonalment id-data tal-1 ta’ Novembru 1897 hi meqjusa bħala l-jum li fih twaqqaf il-klabb Juventin minn grupp ta’ ħbieb li kienu jattendu l-Liceo Massimo D’Azeglio f’Turin. Nafu li dawn il-ħbieb kienu ilhom jiltaqgħu u jipprattikaw flimkien diversi tipi ta’ sports, fosthom anki l-futbol li ddaħħal fl-Italja proprju minn xi nies minn Turin li kienu marru jgħixu u jaħdmu l-Ingilterra ftit tas-snin qabel. Fl-1897, l-istudenti tal-Liceo Massimo D’Azeglio, flimkien mal-aħwa Canfari u xi ħbieb oħra, waqqfu uffiċjalment il-Juventus Sports Club, li biż-żmien sar il-Juventus Football Club.
Matthew Scerri
Ihattaren lura ma’ Juventus minn Jannar
Ajax ħabbru li għarrfu lil Juventus li ma jridux iġeddu s-self ta’ Mo Ihattaren, li għaldaqstant minn Jannar 2023 se jkun qed jirritorna ma’ Juventus. Ihattaren kemm ma’ Sampdoria kif ukoll ma’ Ajax falla minħabba ħafna problemi personali, fosthom anki storja kerha li kienu qed ifittxu xi kriminali minħabba relazzjoni li beda ma’ tfajla ġejjin mill-istess ambjent ta’ dawn il-kriminali. Ma’ Sampdoria kien letteralment waqaf mit-training u ħarab lejn pajjiżu wara li miet missieru. Plejer li s’issa qed juri li ma jistax jitfa’ moħħu hemm daqskemm jidħol f’inkwiet.
Matthew Scerri
Pogba b’ċans kbir li jitlef it-Tazza tad-Dinja
Fl-aħħar jiem Pogba ma deherx iktar jittrenja fil-Continassa. Skont La Gazzetta dello Sport ir-raġuni hi li Pogba qed iħoss uġigħ f’koxxtu. Xejn gravi imma għandu bżonn għaxart ijiem mistrieħ bies ifieq. Hu għalhekk li Allegri stqarr ftit tal-jiem ilu li hu diffiċli li naraw lil Pogba fil-grawnd kontra Verona jew Lazio. F’dan l-istadju hu dejjem iktar probabbli li Pogba jitħalla barra mit-tim nazzjonali Franċiż għat-Tazza tad-Dinja. X’aktarx Deschamps se jistennih sa nofs Novembru, imma jekk mhux se jkollu garanziji se jkollu jħallih barra.
Matthew Scerri