Issieħeb fil-Juventus Club Vero Amore!

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li l-Kampanja Tesseramenti 2022/23 tinsab miftuħa. Int tista’ tissieħeb membru fil-Club tagħna jew iġedded is-sħubija tiegħek għall-istaġun 2022/23 għall-prezz ta’ €25 biss.

Ma’ kull sħubija jingħata voucher ta’ €20 mingħand Eurosport flimkien ma’ voucher ieħor ta’ pizza b’xejn ma’ kull waħda li tixtri mingħand il-JC Vero Amore Bar & Grill. Hekk il-Membership tkun qed tiġik b’xejn!!

Tista’ tinkiteb online permezz tal-website fuq https://juventusclubmalta.com/issieheb-maghna/ bil-ħlas isir bil-Paypal, Revolut jew ċekk. Min irid jista’ jiġi direttament fl-uffiċċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm, jew siegħa qabel xi logħba tal-Juventus biex jinkiteb.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 22/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 22/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 22/06/2022

Filmat: Il-gowls kollha ta’ Cabrini fis-Serie A

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (21 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 21/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 21/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 21/06/2022

Ottimiżmu dwar Di Maria

Illum Angel Di Maria hu mistenni li jagħti r-risposta definittiva tiegħu lil Juventus. F’dal-jiem hu jinsab Ibiza jqatta’ l-btajjel tiegħu u proprju llum mistenni jitkellem mal-aġenti tiegħu dwar il-proposta ta’ Juventus. Jidher li fl-ambjent Juventin hemm ottimiżmu qawwi li Di Maria se jkun qed jaċċetta l-proposta mressqa lilu min-naħa ta’ Juventus. Il-ġimgħa li għaddiet għolliet kemxejn l-offerta tagħha lil Di Maria u hekk kif Barcellona jidhru li mhumiex verament interessati fih, kollox jindika li l-Arġentin se jkun qed jgħid iva lil Juventus.

Matthew Scerri

Id-dettalji tal-ftehim bejn Juventus u Atalanta għal Demiral

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali d-dettalji tal-ftehim li permezz tiegħu Atalanta xtraw lil Merih Demiral għal kollox. Kif maqbul bejn il-klabbs sena ilu, Atalanta kisbu lil Demiral għas-somma ta’ 20 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’erba’ rati. Ma’ dis-somma jistgħu eventwalment jiżdiedu performance bonuses sa massimu ta’ 2.5 miljun Ewro Barra minn hekk Juventus se jkollhom id-dritt li jdaħħlu 10% tas-somma komplessiva tal-bejgħ ta’ Demiral minn Atalanta lil xi klabb ieħor.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 20/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 20/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 20/06/2022