L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (23 ta’ Marzu 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Marzu 2022



Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Marzu 2022



Dusan Vlahovic għandu uġigħ ħafif u mhux se jkun qed jilgħab għat-tim nazzjonali tas-Serbja. It-tobba tat-tim nazzjonal Serb, bi qbil mal-istaff mediku ta’ Juventus, bagħtuh lura Turin sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Vlahovic se jkun qed jitlef il-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Ungerija u d-Danimarka.
Matthew Scerri
L-għidut hu li Juventus għandhom fil-pjanijiet tagħhom li jixtru lil Raspadori mingħand Sassuolo sabiex jieħu post Dybala. Dwar dan kollu tkellem iċ-CEO ta’ Sassuolo, Giovanni Carnevali. Dan hu dak li qal:
“Ma’ Juventus diġà kellna t-trasferiment ta’ Locatelli. Jekk ikun hemm l-opportunità ta’ aktar trasferimenti, inkunu kuntenti. F’Jannar klabb Ingliż talabulna spiss, iżda għalina hu plejer fondamentali.”
Matthew Scerri
Maurizio Arrivabene kkonferma li l-kuntratt ta’ Dybala mhux se jkun imġedded. Hu spjega li d-deċiżjoni ttieħdet għax filwaqt li Juventus japprezzaw il-bravura tal-Arġentin, il-parametri ekonomiċi bejn il-partijiet kienu different. Skontu f’Jannar, bil-wasla ta’ Vlahovic, il-proġett tattiku ta’ Juventus inbidel. Barra minn hekk Juventus kellhom jikkunsidraw anki n-numru ta’ partiti, it-tul tal-kuntratt u l-aspett ekonomiku marbut mal-kuntratt.
Interessanti fuq kollox li Arrivabene stqarr: “Il-laqgħa tal-lum kienet waħda amikevoli u tkellimna b’mod ċar u b’rispett. Għal Juventus kien ikun faċli li nressqu offerta iktar baxxa lil Dybala imma hekk konna nkunu qed nonqsu mir-rispett fil-konfront ta’ Dybala.” Dal kliem juri biċ-ċar li Juventus għażlu li jwaqqfu kull negozjat mal-aġent ta’ Dybala peress li ħadu d-deċiżjoni li jħallu lill-Arġentin jitlaq. “Id-deċiżjoni ttieħdet. Ħsibna ħafna dwarha u wasalna għal din id-deċiżjoni. Bil-wasla ta’ Vlahovic f’Jannar inbidlet il-pożizzjoni ta’ Dybala li ma baqax fiċ-ċentru tal-proġett u għaldaqstant ippreferejna nieħu dit-tip ta’ deċiżjoni” stqarr Arrivabene u allura finalment, iktar milli kellna sitwazzjoni fejn l-aġent irrifjuta l-offerta li saritlu, kienu Juventus li għażlu li jħallu lil Dybala jmur ma’ tim ieħor. Tant hu hekk li ma ressqulu ebda offerta ġdida.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Marzu 2022



Tħabbru d-dati u l-ħinijiet tal-partiti li Juventus se jkunu qed jilagħbu fix-xahar ta’ April. Juventus se jkunu impenjati kif ġej fil-kampjonat tas-Serie A:
Juventus-Inter (Il-Ħadd 3 ta’ April 2022, 8.45 p.m.)
Cagliari-Juventus (Is-Sibt 9 ta’ April 2022, 8.45 p.m.)
Juventus-Bologna (Is-Sibt 16 ta’ April 2022, 6.30 p.m.)
Hi uffiċjali anki d-data tat-tieni leg tas-Seminfinali tal-Coppa Italia. Juventus se jkunu qed jilqgħu f’darhom lil Fiorentina fl-20 ta’ April fid-9.00 ta’ filgħaxija.
Matthew Scerri
Paulo Dybala mhux se jkun qed iġedded il-kuntratt ma’ Juventus. Illum Juventus kellhom laqgħa mal-aġenti tal-istilla Arġentina u jidher li l-proposta li Juventus ressqu ma għoġbitx lill-aġent ta’ Dybala. Allegatament Juventus offrew paga fissa ta’ 6 miljuni lil Dybala b’bonuses li jwasslu l-paga sa ftit inqas minn 10 miljuni. Juventus naqqsu drastikament anki l-commission li kienu qed joffru lill-aġent Antun. Issa jidher li dak li dejjem bżajna li seta’ jiġri, fil-verità se jseħħ: Dybala se jkun qed jitlaq lil Juventus b’xejn minn hawn u tliet xhur oħra.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Marzu 2022



Is-sena hi l-2009. Juventus marru Ruma sabiex jilagħbu kontra l-Giallorossi. Dakinhar il-partita rat lil Juventus iġibu fix-xejn lit-tim ta’ Totti bl-iskor ta’ 1-4 (doppjetta ta’ Iaquinta, Mellberg u Nedved).