Ħalliena Boniperti

Tħabbret il-mewt ta’ Giampiero Boniperti. Hu ħalliena dal-lejl minħabba kumplikazzjonijiet f’qalbu. Boniperti daħal fil-familja Juventina fl-1946 fl-età ta’ 17-il sena. Lagħab għal ħmistax-il sena bil-flokk ta’ Juventus għal total ta’ 444 partita. Bejn l-1971 u l-1990 serva bħala President ta’ Juventus, filwaqt li bejn l-1991 u l-1994 kien CEO tal-klabb. Fl-aħħar ħmistax-il sena hu kien President Onorarju tal-Club. Illum id-dinja Juventina tilfet wieħed mill-iprem protagonisti tagħha u konvinti li ismu se jibqa’ mnaqqax għal dejjem fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Ġunju 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Ġunju 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Ġunju 2021.

Filmat: Italja-Żvizzera 3-0

https://www.youtube.com/watch?v=Cfh5AxwAFos&t=9s

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Ġunju 2021.

L-Uefa tikteb lill-Juventus u lill-FIGC

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa qed tirraporta li fl-14 ta’ Ġunju Juventus irċevew ittra uffiċjali mingħand l-Uefa fejn kien konfermat li Juventus se jieħdu sehem fiċ-Champions League 2021/22. Kopja tal-ittra ntbagħtet anki lill-FIGC.

Matthew Scerri

Tlettax-il sena ta’ Juventusclubmalta.com

Illum jaħbat it-13-il anniversarju minn meta bdejna dan il-blog ta’ aħbarijiet fil-website www.juventusclubmalta.com. Tlettax-il sena li fihom wassalnilkom kuljum l-aħbarijiet prinċipali dwar Juventus u l-Club tagħna. Nistgħu nġibu ħafna statistika biex infissru s-suċċess tal-website: eluf ta’ artikli kull sena; mijiet ta’ eluf ta’ pageviews (jiġifieri nies li jaqraw l-artikli), u ħafna numri kbar oħra. Għalina l-iktar fatt għażiż għalina hu li intom il-qarrejja turuna li tieħdu gost taqraw u taraw dak kollu li nwasslulkom. L-istatistika turina n-numri imma intom turuna b’ħafna modi s-sentiment wara dawk in-numri. L-imħabba li turuna timlina b’kuraġġ biex inkomplu naħdmu sabiex dil-website tkompli tikber. Is-suċċess tagħna tagħmluh intom. Grazzi!

Matthew Scerri

Tonali mill-ġdid imsemmi ma’ Juventus

Fl-aħħar sigħat kien hemm ħafna spekulazzjonijiet li Juventus jistgħu jiksbu lil Sandro Tonali. Milan lesti jżommuh biss qed ikomplu jinsistu ma’ Brescia biex jinżlu mill-prezz tagħhom. Brescia, għall-ewwel aċċettaw li jinżlu mill-prezz maqbul sena ilu, biss issa li Milan reġgħu talbu tnaqqas ulterjuri mill-prezz maqbul ftit tal-jiem ilu, Brescia bdew jikkunsidraw li jwaqqfu n-negozjati ma’ Milan. Juventus qed jissemmew minn diversi sorsi bħala destinazzjoni probabbli għal Tonali. Tgħid dan hi storja vera jew maħluqa bil-għan li Milan jaċċettaw il-kundizzjonijiet ta’ Brescia?

Matthew Scerri