Bernardeschi hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Spezia

Bernardeschi ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Spezia. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 66% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’17% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Frabotta sospiż għal partita waħda

Frabotta se jkollu jitlef il-partita kontra Lazio hekk kif ġie sospiż għal partita waħda. Ismu kien fil-lista ta’ plejers diffidati u l-karta safra li qala’ kontra Spezia ssarfet f’sospensjoni ta’ partita.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Marzu 2021.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Marzu)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għall-2007 meta Juventus kienu qed jilagħbu fis-Serie B. Fl-4 ta’ Marzu 2007 it-tim immexxi minn Deschamps lagħab kontra Piacenza u kiseb rebħa kbira.

Ir-riżultati tal-partiti tal-25 Ġurnata tas-Serie A

It-Tlieta 2 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Juventus-Spezia 3-0

L-Erbgħa 3 ta’ Marzu 2021, 6.30 p.m.

Sassuolo-Napoli 3-3

L-Erbgħa 3 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Atalanta-Crotone 5-1

Benevento-Verona 0-3

Cagliari-Bologna 1-0

Fiorentina-Roma 1-2

Genoa-Sampdoria 1-1

Milan-Udinese 1-1

Il-Ħamis 4 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Parma-Inter 1-2

It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2021, 8.30 p.m.

Lazio-Torino 0-0

Matthew Scerri

Juventus xtraw għal kollox lil McKennie

Juventus ħabbru li xtraw għal kollox lil Weston McKennie mingħand Schalke 04 għall-prezz maqbul fis-sajf ta’ 18.5 miljun Ewro. Fil-ftehim hemm anki l-ħlas ta’ performance bonuses sa massimu ta’ 6.5 miljun Ewro oħra.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus-Napoli fis-17 ta’ Marzu

Il-Lega Calcio ħabbret b’mod uffiċjali li Juventus-Napoli se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu 2021. Il-partita se tibda fis-6.45 p.m.

Matthew Scerri

Juventus-Spezia bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Spezia. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (3 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-3 ta’ Marzu 2021.