Paratici jitkellem dwar l-injury ta’ Dybala

Qabel Verona-Juventus, Fabio Paratici sostna li żewġ speċjalisti raw lil Dybala fil-jiem li għaddew. Fil-fatt appartil-konsulenza tal-Professur Cagat f’Barcellona, Dybala mar Innsbruck biex jara speċjalist ieħor. Fi kliem Paratici l-viżti mediċi wasslu għall-konkluzjonijiet ferm iktar pożittivi minn kemm kien qed jistenna l-istaff mediku ta’ Juventus. Issa rridu naraw kemm verament se tħalli l-frott it-terapija li qed isegwi Dybala.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Verona u Juventus

VERONA (3-4-2-1): Silvestri; Magnani, Gunter, Lovato; Faraoni, Ilic, Sturaro, Dimarco; Barak, Zaccagni; Lasagna. 

JUVENTUS (3-5-2): Szczesny; Demiral, De Ligt, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Rabiot, Ramsey, Bernardeschi; Kulusevski, Cristiano Ronaldo. 

Każ ta’ Covid-19 fit-tim ta’ Verona

Verona taw l-aħbar li persuna mill-grupp tat-tim (ma nafux jekk huwiex membru tal-istaff jew plejer imma!) instab pożittiv għall-Covid-19. Il-bqija tal-plejers u l-istaff ittestjaw negattivi.

Matthew Scerri

Dybala m’għandux bżonn operazzjoni

Paulo Dybala mhux se jkollu jkun operat fl-irkoppa. Wara li dil-ġimgħa rah il-Professur Cugat f’Barcellona, ġie deċiż li Dybala jsegwi terapija partikolari li se tgħinnu jirkupra. Hu se jkun anki qed jittrenja waħdu għal xi żmien. Mhux magħruf kemm fadallu barra hekk kif wieħed għad irid jara kif se tirrispondi rkoptu għal dat-terapija.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Frar 2021.

Kif x’aktarx se jilagħbu Verona u Juventus

Verona (3-4-2-1): Silvestri; Magnani, Gunter, Lovato; Faraoni, Tameze, Ilic, Dimarco; Zaccagni, Barak; Lasagna.

Juventus (3-5-2): Szczesny; Demiral, De Ligt, Alex Sandro; Chiesa, McKennie, Bentancur, Rabiot, Bernardeschi; Kulusevski, Ronaldo.

Sors: Sky

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Verona

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Verona huma:

GOWLERS: Szczesny, Pinsoglio, Buffon

DIFENSURI: De Ligt, Alex Sandro, Demiral, Di Pardo, Dragusin, Frabotta, Capellini

PLEJERS TA’ NOFS IL-GRAWND: Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski, Peeters

ATTAKKANTI: Ronaldo, Rafia, Marques, Aké

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Frar 2021.

Juventus-Napoli x’aktarx fis-17 ta’ Marzu

Kollox jindika li Juventus-Napoli se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu 2021. Id-deċiżjoni għadha mhix waħda uffiċjali, imma diversi siti qed jirrapurtaw li dakinhar fis-6.45 ta’ filgħaxija se tintlagħab il-partita l-partita li kienet tħassret fl-4 ta’ Ottubru li għadda.

Matthew Scerri