Buffon se jkompli jilgħab? Id-dieħla suppost inkunu nafu

Il-ġimgħa d-dieħla Gigi Buffon mistenni jħabbar jekk huwiex se jkompli jilgħab. Hu għandu offerti mingħand Genoa, Parma u Besiktas. Jidher li waslitlu offerta mingħand Barcellona biex ikun gowler riserva tagħhom. Buffon, madankollu, mhux interessat li jilqa’ din l-offerta minħabba li hu jrid tim fejn ikollu postu fiss. F’dan l-istadju jidher li Parma għandhom l-akbar ċans li jiffirmaw lil Buffon hekk kif hu qed jikkunsidra li jtemm il-karriera mat-tim fejn lagħab fl-ewwel snin tal-karriera tiegħu.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (13 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-13 ta’ Ġunju 2021.

Sirigu jista’ jieħu post Buffon ma’ Juventus

Qed jissemma li Allegri jrid lil Salvatore Sirigu sabiex ikun il-gowler riserva ta’ Juventus. Sirigu, però, għadu mhuwiex konvint li jkun ir-riserva ta’ Szczesny peress li jħoss li għadu tajjeb biżżejjed biex ikun l-ewwel gowlker f’tim tas-Serie A.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Ġunju 2021.

Atmosfera mill-isbaħ fil-Club tagħna!

Ilbieraħ filgħaxija tajna bidu għall-Euro Village fil-premises tal-Club tagħna. L-attendenza kienet tassew waħa sabiħa u l-atmosfera żgur li kienet waħda pjaċevoli. Illum nerġgħu nkunu miftuħin. Ejjew u ġibu magħkom lill-ħbieb tagħkom. Narawkom!

Il-Euro2020 fil-Club tagħna!

Illum jibda l-Euro2020 u l-Club tagħna jinsab lest biex jilqgħakom mill-ġdid sabiex flimkien inkunu nistgħu naraw il-partiti kollha tal-Kampjonat Ewropew għan-Nazzjonijiet f’atmosfera mill-isbaħ. Nistidnukom sabiex tiġu taraw il-partiti fil-Club tagħna. Ġibu magħkom mill-membri tal-familja tagħkom u lill-ħbieb tagħkom. Dħul b’xejn għal kulħadd. Segwu l-grupp tagħna fuq Facebook sabiex tkunu infurmati bl-offerti u l-inzjattivi li se jkunu qed jitħabbru minn ħin għall-ieħor.

Narawkom!

Cuadrado mistenni jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Juan Cuadrado mistenni jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Skont Il Corriere dello Sport il-Kolombjan, malli jtemm l-impenji mat-tim nazzjonali u jirritorna mil-vaganzi, se jkun qed jiffirma kuntratt li jorbtu ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Matthew Scerri