Milik jista’ jinħall mill-kuntratt ma’ O. Marseille jekk …

Calciomercato.com żvelaw li fil-kuntratt ta’ Milik ma’ O. Marseille hemm klawżola li permezz tagħha l-attakkant Pollakk jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 12-il miljun Ewro. Din hi somma tassew baxxa u hu probabbli li fis-sajf Juventus iressqu offerta għalih.

Matthew Scerri

Id-data u l-ħin ta’ Juventus-Spezia

Il-Lega Calcio ħabbret li Juventus-Spezia se tintlagħab nhar it-Tlieta 2 ta’ Marzu 2021. Il-kick-off tal-partita hu fid-8.45 p.m.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Frar 2021.

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Porto-Juventus

Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Porto u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 61% tal-voti, segwit minn Rabiot b’21% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil De Ligt b’6% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tat-23 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar 2021, 6.30 p.m.

Fiorentina-Spezia: Calvarese

Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Cagliari-Torino: Orsato

Is-Sibt 20 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Lazio-Sampdoria: Massa

Is-Sibt 20 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Genoa-Verona: Marchetti

Is-Sibt 20 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Sassuolo-Bologna: La Penna

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m.

Parma-Udinese: Irrati

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Milan-Inter: Doveri

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Atalanta-Napoli: Di Bello

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Benevento-Roma: Pairetto

It-Tnejn 22 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Juventus-Crotone: Marini

Matthew Scerri

Xejn gravi għal Chiellini

Giorgio Chiellini m’għandu xejn gravi u se jibqa’ jkun segwiti mit-tobba ta’ Juventus. Hu kellu joħroġ mill-grawnd waqt Porto-Juventus minħabba uġigħ fil-pexxun. Mit-testijiet li sarulu llum ma rriżulta xejn gravi. Xi gazzetti u siti qed jirrapurtaw li se jibqa’ barra għal madwar ġimagħtejn biex jirkupra sew.

Matthew Scerri

Anniversarju: 18/2/2012 – l-ewwel gowl ta’ Pirlo ma’ Juventus

Disa’ snin ilu Andrea Pirlo kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kienet intlagħbet partita tal-kampjonat bejn Juventus u Catania. Kif għidna Pirlo ħalla l-firma tiegħu fuq il-partita … ovvjament il-gowl ma setax ma jasalx minn free-kick mill-isbaħ.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Frar 2021.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Porto-Juventus

https://www.youtube.com/watch?v=5QcNJrKtmMc