Min se jilgħab minflok Arthur kontra Crotone?

Arthur se jitlef Juventus-Crotone peress li għadu ma fieqx. F’nofs il-grawnd Pirlo għadu indeċiż dwar min se jilgħab minfloku. Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, Pirlo stqarr li għadu jrid jiddeċiedi min se jmexxi n-nofs il-grawnd ta’ Juventus kontra Crotone. Hu semma tliet plejers: Ramsey, Bentancur u Fagioli. Dan tal-aħħar qed ikun imsemmi minn diversi siti bħala l-playmaker ta’ Juventus fil-partita kontra Crotone. Bentancur, fil-fatt, iddeluda kemm-il darba f’dik il-pożizzjoni, filwaqt li Ramsey jilgħab aħjar meta jkun aktar avvanzat. Fagioli, għaldaqstant, jista’ jkun jingħata ċ-ċans li jibda mill-ewwel minuta.

Matthew Scerri  

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Crotone

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Demiral, De Ligt, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, McKennie, Ramsey; Kulusevski, Ronaldo.

Crotone (3-5-2): Cordaz; Djidji, Marrone, Magallan; Pereira, Messias, Cigarini, Petriccione, Reca; Ounas, Di Carmine.

Sors: Sportmediaset

Ir-riżultati tal-partiti tat-23 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar 2021, 6.30 p.m.

Fiorentina-Spezia 3-0

Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Cagliari-Torino 0-1

Is-Sibt 20 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Lazio-Sampdoria 1-0

Is-Sibt 20 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Genoa-Verona 2-2

Is-Sibt 20 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Sassuolo-Bologna 1-1

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m.

Parma-Udinese 2-2

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Milan-Inter 0-3

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Atalanta-Napoli 4-2

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Benevento-Roma 0-0

It-Tnejn 22 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Juventus-Crotone 3-0

Matthew Scerri

Pirlo: “Dybala għadu muġugħ”

B’xorti ħażina Paulo Dybala se jkollu jitlef anki l-partita Juventus-Crotone. Pirlo spjega fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita li l-Arġentin għadu ma fieqx mill-uġigħ fl-irkoppa u għaldaqstant għada ma jistax jilagħbu. Din hi problema għal Pirlo hekk kif Ronaldo ilu jilgħab u jidher xi ftit għajjien, filwaqt li Morata għadu mhux f’sikktu minħabba li fil-jiem li għaddew kellu attakk qawwi tal-influwenza.

Matthew Scerri

Insellmu l-memorja tal-ħabib tagħna George

Dalgħodu ħallina membru tal-klabb tagħna George, supporter kbir bħalna tal-Juventus u għal snin twal membru regolari ġewwa il-klabb ta’ B’Kara. Strieħ fi sliem ħabib u kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Joseph Fenech

President

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (21 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Frar 2021.

Dybala mistenni jilgħab kontra Crotone

Kollox jindika li wasal il-mument li naraw mill-ġdid lil Paulo Dybala fl-azzjoni. Kontra Crotone hu mistenni jilgħab. Żgur li mhxu se nkunu nistgħu narawh fil-grawnd għal disgħin minuta peress li ilu ħafna barra. Iillum għandu jitkellem Pirlo fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita u nassumu li fost il-ħafna argumenti li se jsaqsuh dwaru se jkun hemm anki id-domanda jekk Dybala huwiex se jibda mill-ewwel minuta jew inkella huwiex se jidħol fit-tieni taqsima.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Frar 2021.

Milik jista’ jinħall mill-kuntratt ma’ O. Marseille jekk …

Calciomercato.com żvelaw li fil-kuntratt ta’ Milik ma’ O. Marseille hemm klawżola li permezz tagħha l-attakkant Pollakk jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 12-il miljun Ewro. Din hi somma tassew baxxa u hu probabbli li fis-sajf Juventus iressqu offerta għalih.

Matthew Scerri