Kif x’aktarx se jilagħbu l-Italja u t-Turkija
Italja (4-3-3): Donnarumma; Florenzi, Bonucci, Chiellini, Spinazzola; Barella, Jorghinho, Locatelli; Berardi, Immobile, Insigne
Turkija (4-1-4-1): Cakir; Celik, Demiral, Soyuncu, Meras; Yokuslu; Karaman, Tufan, Yazici, Calhanoglu; Yilmaz
Euro Village
Il-Club tagħna qed jilqa’ mill-ġdid lill-membri, il-familji u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll lill-pubbliku in ġenerali. Fl-okkażjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet, se jitwaqqaf Euro Village fil-premises tal-Club tagħna sabiex tkunu tistgħu taraw flimkien il-partiti kollha tal-kompetizzjoni. Se jkun hemm premijiet x’jintrebħu kuljum.
Biex tirriservaw mejda ċemplu fuq in-numri 77208585, 77030390 jew 77450542.
Narawkom!
Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Ġunju)
Immorru lura għas-sena 1989 meta proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu fil-kampjonat lil Lazio bl-iskor ta’ 4-2. Il-gowls ta’ Juventus kellhom il-firma ta’ Buso (2), De Agostini u awtogowl ta’ Piscedda.
Akkuża serja fil-konfront ta’ Portanova
Manolo Portanova ta’ Genoa jinsab mixli li flimkien ma’ tliet ġuvintur oħra abbuża sesswalment minn tfajla kontra r-rieda tagħha waqt fest privata f’Siena. JIdher li hu bħalissa jinsab taħt stat ta’ arrest domiċiljari u nhar it-Tnejn se jkun interrogat mill-Maġistrat Inkwirenti.
Matthew Scerri
Super League. Il-Kummissjoni tal-Appell tal-Uefa mhix se tieħu passi għalissa
Il-Kummissjoni tal-Appell tal-Uefa ħabbret li għalissa mhix se tkun qed tieħu ebda pass dixxiplinari fil-konfront ta’ Juventus, Real Madrid u Barcellona. Il-każ li kien infetaħ twaqqaf għalissa. Il-Kummissjoni kellha tistabilixxi jekk Juventus, Real Madrid u Barcellona kisrux ir-regolamenti tal-Uefa talli waqqfu s-Super League u rrifjutaw li jiddikjaraw li mhux se jikkompetu f’dil-kompetizzjoni. Nafu wkoll li l-ewwel Tribunal ta’ Madrid u wara l-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Iżvizzera bagħtu dokumentazzjoni uffiċjali lill-Uefa li ma jistgħux jittieħdu passi fil-konfront tat-tliet klabbs minħabba li l-kwisjtoni tinsab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Probabbli hu minħabba f’hekk li l-Kummissjoni tal-Appell kellha twaqqaf kollox għalissa.
Matthew Scerri











