Kif x’aktarx se jilagħbu Porto u Juventus

Porto (4-4-2): Marchesin; Manafà, Mbemba, Pepe, Sarr; Corona, Oliveira, Uribe, Diaz; Marega, Taremi.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, de Ligt, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Rabiot, McKennie; Morata, Cristiano Ronaldo.

Sors: JMania

Il-plejers mgħajta għal Porto-Juventus

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Porto huma:

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Frar 2021.

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Napoli-Juventus

Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Napoli u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 30% tal-voti, segwit minn De Ligt b’20% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Cuadrado se jdum għaxart ijiem barra

Juventus FC ikkonfermaw li dalgħodu saru xi testijiet mediċi b’rabta mal-injury muskolari li sofra Juan Cuadrado. L-injury mhuwiex ta’ entità gravi. Il-Kolombjan se jibqa’ wieqaf madwar għaxart ijiem u wara jsirlu check-up mediku ieħor biex it-tobba ta’ Juventus ikunu ċerti li fieq.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Frar 2021.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Frar)

Illum għandna għalikom partita ta’ 23 sena ilu. ‘Gobbo Maltese’ qed iwasslilna partita bejn Juventus u Sampdoria li ntlagħbet fil-15 ta’ Frar 1998.

Cuadrado se jitlef Porto-Juventus minħabba injury

Juan Cuadrado probabbilment se jkollu jitlef il-partita kontra Porto. L-injury muskolari li sofra fl-Ewwel Taqsima ta’ Napoli-Juventus x’aktarx se jżommu ‘l bogħod għal xi żmien mill-pitch tal-futbol. Għada se jsirulu t-testijiet fil-JMedical biex it-tobba ta’ Juventus jifhmu x’inhi l-entità tal-injury u jistabilixxu kemm se jdum barra.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Frar 2021.