Juventus-Parma 3-1
Juventus lura għar-rebħ b’wirja tajba. Parma marru fil-vantaġġ bi free-kick il-ġmiel tiegħu (kemm ilna ma naraw wieħed minn tagħna jiskurja hekk!). Il-gowl ta’ Parma wasal ftit kontra x-xejra tal-logħob. It-tim ta’ Pirlo kellu reazzjoni tajba u bejn tmiem l-Ewwel Taqsima u l-bidu tat-Tieni Taqsima dawru r-riżultat favurihom b’doppjetta ta’ Alex Sandro. De Ligt, imbagħad, għalaq il-partita b’daqqa ta’ ras minn corner. Il-plejers Juventini llum dehru jieħdu gost jilagħbu, Nies bħal Cuadrado huma garanzija ta’ kwalità. Dybala, Arthur, Alex Sandro u oħrajn huma wkoll importanti f’dat-tim u ħasra li spiss ma kinux f’sikkithom dis-sena.
JUVENTUS-PARMA 3-1
Skurjaw: Brugman (P), 2 Alex Sandro (J), De Ligt (J)
Juventus (4-4-2) Buffon; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado (Kulusevski), Bentancur (Rabiot), Arthur (Bernardeschi), McKennie (Ramsey); Dybala (Morata), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Parma (4-3-3): Colombi; Laurini, Osorio, Bani, Pezzella (Busi); Grassi, Brugman (Hernani), Kurtic; Man (Karamoh), Pellè (Cornelius), Gervinho (Mihaila). Kowċ: D’Aversa.
Referee: Giacomelli.
Karti sofor: McKennie (J), Hernani (P), Karamoh (P).
Matthew Scerri
Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Parma
Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Parma:
https://app.ex.co/stories/juvesx10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-parma
Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Parma
Juventus (4-4-2) Buffon; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Arthur, McKennie; Dybala, Ronaldo.
Parma (4-3-3): Colombi; Laurini, Osorio, Bani, Pezzella; Grassi, Brugman, Kurtic; Man, Pellè, Gervinho.
John Elkann identifika s-suċċessur ta’ Andrea Agnelli
Il-Presidenza ta’ Andrea Agnelli tidher riesqa lejn tmiemha. Fil-ġimgħat li għaddew ktibna ħafna dwar bidla fit-tmexxija tal-klabb. John Elkann u Andrea Agnelli, għalkemm kuġini, ma tantx imorru tajjeb flimkien. Elkann ilu s-snin jistenna l-mument opportun biex ineħħi lil Agnelli minn President ta’ Juventus. Ir-riżultati miksuba f’dan l-istaġun wittew it-triq għal dil-bidla u issa kellna ċ-ċirasa fuq il-kejk tas-Super League. Hu ovvju li wara li falla dal-proġett, Andrea Agnelli tilef parti kbira mill-kredibbiltà tiegħu fid-dinja tal-futbol u se jkun imwarrab minn ħafna Presidenti u Uffiċċjali oħra. Nemmnu li ħadem għall-ġid ta’ Juventus, biss f’dan l-istadju jaf ma jkollu ebda triq oħra ħlief li jwarrab. Minflok John Elkann lest jaħtar lil Alessandro Nasi bħala President ta’ Juventus. Nasi hu kuġin ta’ Elkann u ta’ Agnelli. Fost l-oħrajn hu anki Viċi-President tal-Exor. Fil-ħajja privata, Nasi hu l-partner ta’ Alena Seredova, l-eks sieħba ta’ Buffon.
Flimkien ma’ Andrea Agnelli x’aktarx se jkunu mwarrba anki niesu, jiġifieri Nedved u Paratici. John Elkann qed jaħseb li jġib lura lil Alessandro Del Piero bħala Viċi-President ta’ Juventus. Miegħu jaf ikun hemm anki David Trezeguet li għadu kif temm il-kors ta’ Direttur tal-Isports. Nifhmu li apparti Del Piero u Trezeguet, jaf ikun hemm il-ħatra ta’ diriġent ieħor ta’ esperjenza. Min hu għadu mhux magħruf.
Ir-rizoluzzjoni bdiet, insomma!
Matthew Scerri
Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Parma
Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Parma huma:
Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon
Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Frabotta
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Kulusevski
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Felix Correia
Matthew Scerri