Seba’ klabbs tas-Serie A jitolbu r-riżenja ta’ Dal Pino

Il Sole 24 Ore qed jiżvelaw b’mod esklussiv li seba’ klabbs tas-Serie A bagħtu żewġ ittri lil Dal Pino biex jitolbuh jirriżenja minn President tal-Lega Calcio. It-timijiet li ffirma l-ittra huma: Atalanta, Fiorentina, Inter, Juventus, Lazio, Napoli u Hellas Verona. Jidher li l-klabbs mhumiex sodisfatti bil-mod kif inbigħu t-tv rights. Barra minn hekk, allegatament, il-klabbs huma urtati għall-fatt li l-iStadio Olimpico se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-supporters fl-okkażjoni tal-Euro2020, filwaqt li fil-kampjonat l-istadiums ilhom bil-bibien magħluqa sa minn Ottubru li għadda.

Matthew Scerri

Da Graca ġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Tħabbar uffiċjalment li Marco Da Graca ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus sal-2024. Dis-sena Da Graca kien kemm-il darba mgħajjat mat-tim tal-kbar u anki lagħab fil-Coppa Italia kontra Spal.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-31 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 3.00 p.m.

Crotone-Udinese: Massimi

Sampdoria-Verona: Dionisi

Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 6.00 p.m.

Sassuolo-Fiorentina: Aureliano

Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 8.45 p.m.

Cagliari-Parma: Valeri

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 12.30 p.m.

Milan-Genoa: Calvarese

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 3.00 p.m.

Atalanta-Juventus: Orsato

Bologna-Spezia: Piccinini

Lazio-Benevento: Ghersini

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 6.00 p.m.

Torino-Roma: Massa

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 8.45 p.m.

Napoli-Inter: Doveri

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ April 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ April 2021.

Raiola kien Turin. X’qed jinħema?

Mino Raiola kien Turin fil-jiem li għaddew u hemm anki rapporti li nhar it-Tlieta li għadda hu raqad fil-JHotel. Bħalissa għaddejjin ħafna spekulazzjonijiet online dwar liema plejer hu tkellem ma’ Juventus. Qed jissemmew is-soltu ismijiet ta’ plejers li tagħhom Raiola hu l-aġent: Romagnoli, Pogba, Kean u Donnarumma. Ma jidhirx li hemm ir-riskju li Juventus jitilfu lil De Ligt hekk kif il-klawżola li permezz tagħha jista’ jinħall mill-kuntratt mhix valida għal dis-sena.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ April 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ April 2021.

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ April)

14 ta’ April 1992, Juventus laqgħu f’darhom lil Milan fis-SemiFinali tal-Coppa Italia. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 1-0 għall-Bianconeri gowl b’daqqa ta’ ras minn Schillaci.

Dani Alves jispjega għala telaq lil Juventus

Fuq Instagram Dani Alves żvela x’wassal biex hu telaq lil Juventus. Hu kiteb: “Qaluli li riedu jibdlu s-sistema ta’ logħob imma ma kienx veru.” Ilna snin nisimgħu u naqraw ħafna teoriji li jispjegaw għala Dani Alves kien telaq lil Juventus. Tgħid din hi l-waħda definittiva?!

Matthew Scerri

Liverpool b’offerta għal Ramsey

Liverpool jidhru interessati ferm li jiksbu lil Aaron Ramsey. Fil-fatt skont Todofichajes.com, it-tim ta’ Klopp mistenni jressaq offerta ta’ 15-il miljun Ewro lil Juventus għalih. Il-Bianconeri lesti jbigħu lil Ramsey das-sajf peress li mhumiex sodisfatti bir-rendiment tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn.

Matthew Scerri