Pogba f’Jannar possibbli biss jekk …

Skont Calciomercato.com Juventus se jagħmlu tentattiv f’Jannar biex jiksbu lil Paul Pogba. It-trasferiment imma jista’ jseħħ biss jekk Manchester United jaċċettaw il-kundizzjonjiet ta’ Juventus: self sa Ġunju bid-dritt li Juventus jixtruh għal kollox fis-sajf. Barra minn hekk Pogba jrid ikun dispost jaċċetta paga inqas milli għandu bħalissa mar-Red Devils.

Matthew Scerri

Agnelli: “Se niġġieldu sal-aħħar għar-rebħ tal-għaxar kampjonat konsekuttiv”

Andrea Agnelli kiteb ittra lis-supporters u li ġiet ippubblikata fuq VecchiaSignora.com. Fl-ittra l-President ta’ Juventus sostna li din kienet sena diffiċli immens u li ħadd qatt ma basar li konna se ngħaddu minn dan kollu ġewwa u barra l-grawnd. Fl-ittra Agnelli jwiegħed anki li Juventus se jiġġieldu sal-aħħar għar-rebħ tal-għaxar kampjonat konsekuttiv.

Matthew Scerri

Araujo jista’ jkun l-eredi ta’ Cuadrado ma’ Juventus

L-eredi ta’ Juan Cuadrado ma’ Juventus jista’ jasal hu ukoll mill-Amerka. Fil-fatt Juventus tefgħu għajnejhom fuq Julian Araujo li, bħal Cuadrado, jaf jilgħab mal-linja kemm f’pożizzjoni arretrata kif ukoll f’waħda iktar avvanzata.

Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Fiorentina

Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Fiorentina. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 33% tal-voti, segwit minn Ronaldo u McKennie b’17% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Rabiot se jkun sospiż kontra Udinese

Adrien Rabiot se jiskonta l-partita sospensjoni tiegħu kontra Udinese. Infakkru li hu kien sospiż dakinhar ta’ Juventus-Napoli f’Ottubru li għadda. Peress li l-partita kienet ingħatat walkover kien daqslikieku Rabiot kien skonta s-sospensjoni tiegħu. Issa, però, li ġie deċiż li l-partita għadha tintlagħab, Rabiot se jkun sospiż għal partita. Juventus ma lagħbuhx kontra Fiorentina peress li s-sentenza tal-Appell ħarġet sagħtejn qabel il-partita. Madankollu għall-giustizia sportiva, is-sentenzi jidħlu fis-seħħ f’nofsillejl ta’ dakinhar li tkun inqatgħet is-sentenza. Fi kliem ieħor is-sentenza daħlet fis-seħħ wara Juventus-Fiorentina u allura Rabiot se jkun sospiż fil-partita li jmiss.

Matthew Scerri

Milied 1914 … meta waqfet il-gwerra

F’dan il-jum speċjali tal-Milied nixtiequ nwasslulkom video mill-isbaħ ta’ episodju storiku li seħħ fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Fil-fatt fil-Milied ta’ 103 sena ilu, l-1914, il-ġlied waqaf ħesrem f’jum il-Milied u s-suldati setgħu jqattgħu ftit sigħat ta’ paċi qabel kompliet il-gwerra. F’dak il-jum speċjali tal-Milied 1914, is-suldati Ġermaniżi u dawk Ingliżi ma kinux għedewwa u anzi ngħaqbu għall-partita futbol li l-Ġermaniżi rebħu bl-iskor ta’ 3-2.

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Diċembru)

Fl-istorja ta’ Juventus insibu b’kollox tliet partiti li ntlagħbu fil-jum tal-Milied. Fl-1927 Juventus għelbu fil-kampjonat lil Novara bl-iskor ta’ 4-3. Ħdax-il sena wara Juventus reġgħu kienu fl-azzjoni, did-darba fil-Coppa Italia kontra Padova. Skor finali 1-3 għal Juventus barra minn darhom. It-tielet u l-aħħar partita, tas-Serie A, tkun lura għall-1960: Juventus-Sampdoria 3-2. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw siltiet minn din il-partita.

Cuadrado sospiż għal partita waħda

Juan Cuadrado se jitlef il-partita kontra Udinese peress li ġie sospiż għal partita waħda. Is-sospensjoni ġiet wara li tkeċċa kontra Fiorentina.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Diċembru 2020.

Ir-riżultati tal-partiti tal-14-il Ġurnata tas-Serie A

It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.

Crotone-Parma 2-1

It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Juventus-Fiorentina 0-3

L-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.

Verona-Inter 1-2

L-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Bologna-Atalanta 2-2

Milan-Lazio 3-2

Napoli-Torino 1-1

Roma-Cagliari 3-2

Sampdoria-Sassuolo 2-3

Spezia-Genoa 1-2

Udinese-Benevento 0-2

Matthew Scerri