Chiesa jitlob il-paga sal-5 ta’ Ottubru lil Fiorentina

Wara li għajruh traditur u insultaw anki lil ħuh, issa s-supporters ta’ Fiorentina qed ikomplu jiġu mxewxa kontra Chiesa. Is-sit Fiorentinanews qed jirraporta li Chiesa talab lil Fiorentina li jħallsulu l-paga għall-ewwel ħamest ijiem ta’ Ottubru meta kien għadu plejer ta’ Fiorentina. M’hemmx xi ngħidu, Chiesa għandu kull dritt li jitlob dal-pagament u min qed ixewwex lis-supporters ta’ Fiorentina żgur li għandu aġenda moħbija.

Matthew Scerri

Tliet każijiet oħra ta’ Covid-19 fl-Under 23

Żewġ plejers u membru tal-istaff tal-Under 23 ittestjaw pożittivi għall-Covid-19 fl-iswab tests tal-bieraħ. Il-plejers huma Bucosse u Wesley. It-tim kollu tal-Under 23 jinsab f’iżolament ‘fiduciario’ li tajjeb infakkru li jfisser li t-tim jinsab qed jgħix maqtugħ mill-bqija tal-komunità imma jista’ jittrenja xorta waħda.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Ottubru 2020.

Botta u risposta bejn Ronaldo u l-Ministru Spadafora

Waqt Live fuq Instagram, Ronaldo stqarr li hu ma kisirx il-protokoll fl-ebda mument u anzi tenna li mexa mar-regolamenti kif kien mistenni. Ftit wara waslet ir-risposta tal-Ministru Spadafora li baqa’ jsostni li Ronaldo kiser il-protokoll għax ma baqax fil-JHotel sakemm saru l-iswab tests meħtieġa biex seta’ joħroġ. Żied anki: “Il-fama u l-bravura ta’ ċerta plejers tagħmilhom arroganti, ma jirrispettawx l-awtoritajiet u twassalhom anki biex jigbdu.” Ir-riferiment kien ovvjament għal Ronaldo. Fil-fehma tagħna, Ministru m’għandux joqgħod jidħol f’polemiki ta’ dat-tip. L-awtoritajiet għandhom il-mezzi kollha għall-infurzar u min jikser ir-regolamenti hu xieraq li jħallas, mingħajr ovvjament ma jiġi mgħajjar giddieb mill-Ministru.

Matthew Scerri

Interess f’Dybala mill-Ingilterra

Is-sit todofichajes.com qed isostni li klabbs Ingliżi għadhom interessati ferm fl-akkwist ta’ Paulo Dybala. Il-klabbs huma: Chelsea u Manchester United. Il-prezz li Juventus qed jitolbu għalih hu ta’ 85 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Crotone u Juventus

Crotone (3-5-2): Cordaz; Magallan, Djidji, Golemic; Molina, Petriccione, Cigarini, Vulic, Reca; Simy, Messias.

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Bentancur, Arthur, Frabotta; Kulusevski; Chiesa, Morata.

Sors: Sportmediaset.

Juventus kważi dejjem rebbieħa kontra Crotone

Juventus u Crotone ftit li xejn sfidaw lil xulxin f’partiti uffiċjali matul is-snin. B’kollox insibu 6 konfronti diretti bejn kampjonat tas-Serie A u tas-Serie B. Juventus rebħu ħamsa min dawn is-sitt konfronti, filwaqt li partita oħra ntemmet fi draw. Il-konfronti ma tantx kienu bbilanċjat tant li Juventus skurjaw kumplessivament 17-il gowl u qalgħu gowl wieħed biss. Fis-Serie A s’issa kien hemm erba’ konfronti b’kollox, b’tliet rebħiet għal Juventus u draw. Minn dawn l-werba’ partiti, nofshom, ovvjament, intlagħbu fi Crotone. L-ewwel darba kienet fl-2017 b’Juventus jirbħu 2-0 b’gowls ta’ Mandzukic u Higuain. Is-sena ta’ wara Crotone rnexxilhom għall-ewwel darba ma jitilfux kontra Juventus. Fil-fatt dakinhar Simy ta’ Crotone wieġeb għall-gowl ta’ Alex Sandro għal skor finali ta’ 1-1.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Ottubru 2020.