Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Udinese
Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Udinese:
https://app.ex.co/stories/jcvmam10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-udinese
Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Udinese:
https://app.ex.co/stories/jcvmam10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-udinese
Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.
Inter-Crotone 6-2
Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.
Atalanta-Sassuolo 5-1
Cagliari-Napoli 1-4
Fiorentina-Bologna 0-0
Genoa-Lazio 1-1
Parma-Torino 0-3
Roma-Sampdoria 1-0
Spezia-Verona 0-1
Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.
Benevento-Milan 0-2
Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Juventus-Udinese 4-1
Matthew Scerri
Cristiano Ronaldo sar l-ewwel persuna fid-dinja kollha li laħqet iċ-ċifra ta’ 250 miljun Follower fuq Instagram. Hu, ovvjament, il-persuna l-aktar segwita fuq Instagram.
Matthew Scerri
Graziano Pellè ħabbar uffiċjalment li mhux se jibqa’ ma’ Shandong Luneng wara li ntemmlu l-kuntratt. Il-post li kiteb fuq is-social media kellu l-likes ta’ Bonucci u Chiellini, fost l-oħrajn, li lagħbu miegħu mat-tim nazzjonali Taljan. Hu evidenti, però, li Pellé għandu ċans tajjeb li jingħaqad ma’ Juventus minħabba li hu bla klabb u allura l-akkwist tiegħu ma jiswa xejn lil Juventus.
Matthew Scerri
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, McKennie, Ramsey; Dybala, Cristiano Ronaldo.
Udinese (3-5-2): Musso; Bonifazi, De Maio, Samir; Stryger Larsen, De Paul, Walace, Pereyra, Zeegelaar; Pussetto, Lasagna.
Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita tal-lejla kontra Udinese huma:
Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon;
Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Bonucci, Demiralo, Di Pardo, Frabotta;
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Fagioli, Kulusevski;
Attakkanti: Ronaldo, Dybala, Da Graca.
Matthew Scerri
Alvaro Morata mhux se jilgħab illejla kontra Udinese. Hu fil-fatt sofra injury muksolari waqt it-training tal-lbieraħ u tħalla barra mil-lista ta’ plejers mgħajta għall-partita tal-lejla. Nittamaw li l-injury mhuwiex gravi u li nkunu nistgħu narawh fl-azzjoni kontra Milan nhar l-Erbgħa.
Matthew Scerri
Għada t-Tnejn Paratici mistenni jkollu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Genoa sabiex jiffinalizza l-ftehim għall-akkwist ta’ Nicolò Rovella. Is-somma li qed tissemma hi bejn 8 u 10 miljun Ewro. Genoa lesti jiddiskutu anki t-trasferiment magħhom ta’ xi plejers Juventini. Jidher li huma jridu l-iktar lil Frabotta, biss Juventus jippreferu jagħtuhom lil Portanova. Barra minn hekk Genoa huma interessati f’xi talenti żgħażagħ bħal Elia Petrelli u Franco Tongya.
Matthew Scerri
Hu stmat li Juventus jistgħu jitilfu madwar 80 miljun Ewro jekk l-istadiums Taljani jibqgħu magħluqa sa tmiem l-istaġun. Fil-fatt La Stampa kkalkulat li d-dħul dirett mill-istadiums jissarraf f’15% tad-dħul komplessiv tal-klabbs. Fil-każ ta’ Juventus dan il-15% jfisser somma ta’ 80 miljun. Juventus se jkunu l-aktar milquta peress li huma l-klabb li għandu l-ikbar dħul minn gate money u attivitajiet oħra fl-Allianz Stadium.
Matthew Scerri
Il-President tal-Lega Calcio tas-Serie A, Paolo Dal Pino tkellem ma’ Radio Rai dwar il-pjanijiet biex l-istadiums Taljani jiftħu mill-ġdid il-bibien għas-supporters. Skont Dal Pino s-supporters li jkunu ħadu l-vaċċin għandhom jitħallew jidħlu fl-istadiums. Hu qal li l-Lega ressqet dokument ta’ 300 paġna biex is-supporters jitħallew jidħlu fl-istadiums sa massimu ta’ 20-30 % tas-seating capacaity tagħhom. S’issa, però, il-Gvern, għadu ma tax risposta.
Matthew Scerri