Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Novembru)
Fil-filmat li qed inwasslulkom illum tistgħu taraw il-hattrick ta’ Vivolo li permezz tiegħu Juventus għelbu lil Sampdoria fl-1952.
Fil-filmat li qed inwasslulkom illum tistgħu taraw il-hattrick ta’ Vivolo li permezz tiegħu Juventus għelbu lil Sampdoria fl-1952.
Is-Sibt 21 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Crotone-Lazio 0-2
Is-Sibt 21 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.
Spezia-Atalanta 0-0
Is-Sibt 21 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Juventus-Cagliari 2-0
Il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.
Fiorentina-Benevento 0-1
Il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Inter-Torino 4-2
Roma-Parma 3-0
Sampdoria-Bologna 1-2
Verona-Sassuolo 0-2
Il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.
Udinese-Genoa 1-0
Il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Napoli-Milan 1-3
Matthew Scerri
Barcellona tilfu żewġ plejers oħra għall-partita tat-8 ta’ Diċembru kontra Juventus. Fil-fatt Piqué u Sergi Roberto sofrew injuries li se jżommuhom ‘il barra mill-azzjoni għal aktar minn ġimagħtejn.
Matthew Scerri
Aħbar tajba dwar Rolando Mandragora. Wara ħames xhur barra mill-azzjoni minħabba injury gravissimu, hu llum reġa’ lagħab għal Udinese. Fil-fatt hu daħal fis-67 minuta tal-partita kontra Genoa. Għalissa għadu kmieni ħafna biex nibdew narawh fl-azzjoni għal disgħin minuta sħaħ biss diġa’ hu pass importanti li qed jilgħab mill-ġdid.
Matthew Scerri
L-Uefa għażlet lil Daniel Siebert sabiex imexxi l-partita taċ-Champions League bejn Juventus u Ferencvaros. Din se tkun l-ewwel darba li hu se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus.
Matthew Scerri
Il-filmat li qed inwasslulkom illum se joħodna għas-sena 1989 meta Juventus għelbu lil Karl Marx Stadt fit-Tazza Uefa.
Aaron Ramsey mistenni jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo fl-okkażjoni ta’ Juventus-Ferencvaros. Hu rkupra mill-injury li kien sofra u jekk fil-jumejn li ġejjin se jkun qed jittrenja mingħajr problemi mal-bqija tat-tim, allura dan ikun ifisser li se jkun jista’ jilgħab kontra l-Ungeriżi.
Matthew Scerri
Din hi l-ewwel darba fl-istorja li Juventus u Ferencvaros qed jilagħbu kontra xulxin fiċ-Champions League. B’kollox, però, insibu li kien hemm tmien konfronti diretti bejn it-timijiet. Fis-Snin Tletin tas-Seklu l-ieħor Juventus u Ferencvaros iltaqgħu erba’ darbiet fit-Tazza tal-Ewropa Ċentrali. Tletin sena wara, fis-Snin Sittin, kien hemm żewġ konfronti fil-Mitropa Cup u logħba fit-Tazza tal-Fieri. Fl-4 ta’ Novembru li għadda Ferencvaros laqgħu f’darhom lil Juventus għall-ewwel darba fiċ-Champions League. Kif kulħadd jiftakar dakinar Juventus rebħu bl-iskor ta’ 1-4 bil-gowls ta’ Morata u Dybala.
Mil-lat statistiku nsibu li Juventus rebħu erbgħa mis-seba’ konfronti ma’ Ferencvaros. Apparti dawn l-erba’ rebħiet kien hemm żewġ draws u żewġ rebħiet għat-tim Ungeriż.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Novembru 2020.



